Sunday, March 30, 2025

Mosta fit-Top Six b’rebħa drammatika

Aqra wkoll

Zabbar SP …….1

Mosta …………..2

Minn Cristian Muscat

Mosta dawru telfa f’reb­ħa drammatika ta’ 2-1 fuq Zabbar St Patrick biż-żewġ goals jaslu fil-ħin miżjud biex aċ­ċertaw posthom fit-Top Six.

Min-naħa tagħhom iż- Żabbarin ma rnexxielhomx jagħmluha mal-ewwel sitta. 

Kienu huma li ħarġu fuq l-offenisva u wara biss minuta xutt ta’ Brian Ariel Gambarte ġie salvat f’corner mill-goalkeeper, David Udoh Akpan. Fit-13-il minuta xutt ta’ Joao Tavares ġie salvat taj­jeb mill-istess Akpan.

Zabbar komplew bl-assedju fuq il-lasti ta’ Mosta u fl-20 minuta, free-kick ta’ Keqi ġie salvat b’diffikultá mill-ġdid minn Akpan.

Fis-26 minuta is-Saints reġgħu  heddew meta minn azzjoni ta’ corner, ix-xutt ta’ Keqi ġie mblukkat.

Man-nofs siegħa logħob waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ Mosta meta minn cross ta’ Clayton Failla, Junior Eke minn taħt il-lasta għamel l-impossibbli u tefa’ barra,

Fl-aħħar mumenti tal-ewwel taqsima konklużjoni ta’ Souleymane Kone għal Mosta għaddiet tul il-lasta bl-ebda player ta’ Mosta ma’ jirnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.

Fil-55 minuta, Zabbar fal­lew  ċans tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ corner, is-sostitut David Oliveira Souza bir-ras ra lid-difensur ta’ Mosta, Sacha Cachia jsalva minn fuq il-linja fatal.

Fit-63 minuta, iż-Żabbarin fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross mil-lemin, DIOGO JOAO TAVARES b’konklużjoni preċiża, tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Wara dan il-goal, Mosta ppruvaw jagħmlu reazzjoni iżda ż-Żabbarin laqgħu kull pressjoni … u meta kollox deher li dawn tal-aħħar kienu se joħorġu rebbieħa, fit-93 minuta Mosta kisbu d-draw  meta f’azzjoni mibdija minn corner, kien is-sostitut STEPHEN CHIEME­ZIE li rnexxie­lu jogħla fuq kulħadd u skorja bir-ras.

U d-drama kompliet meta minuta wara, Mosta skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa permezz ta’ EMMANUEL PRINCE CHIBUZOR bl-istess player jitkeċċa ftit tal-ħin wara flimkien mal-goalkeeper ta’ riserva ta’ Zabbar,  Justin Haber.

Mal-goal inqalgħu inċi­denti deplorevoli li ma jagħmlux ġieħ lill-football Malti li baqgħu sejrin anke wara s-suffara finali.

ZABBAR SP:1-Luca Camilleri, 5-Jake Micallef, 10-Brian Ariel Gambarte, 11-Stefan Ilic (99-David Oliveira Souza 46), 13-Zachary Grech, 19-Diogo Joao Tavares, 21-Strahinja Jovancic, 28-Vinicius De Paiva, 30-Kristian Keqi (17-Jurgen Pisani 64), 55-Dorde Jovicic, 95-Marcelo Barros Santos (8-Felix Wallace Bonilha 74)   – Coach: Aniello Parisi

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 3-Matthew Bolanos Garcia, 4-Prince Afriyie (29-Stephen Chiemezie 75), 5-Sasha Cachia, 8-Junior Eke Chukwuemeka (6-James Arthur 67), 9-Souleymane Kone (30-Sunday Okereke 68), 10-Giancarlo Goncalves, 13-Clayton Failla, 21-Nathan Agius (7-Jamie Scerri 68), 26-Prince Emmanuel Chibuzor, 31-Joao Victor De Souza Teixeira  – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Shaun Calleja, Robert Curtis

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORERS: D. J. Tavares 63 (Z), S. Chiemezie 93, P. E. Chibuzor 94 (M)

AMMONITI: J. E. Chukwuemeka, S. Cachia, M. Bolanos Garcia (M), V. De Paiva (ZSP)

TKEĊĊEW: P. E. Chibuzor 94 (M), J. Haber 94 (ZSP)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport