Thursday, May 16, 2024

Mosta jikkonvinċu u jegħlbu lil Santa Lucia

Aqra wkoll

Santa Lucia………1

Mosta………………2

Mosta komplew jikkonvinċu biex għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 2-1.

Kienu Santa Lucia li ħolqu l-ewwel periklu fid-19-il minuta, meta Davidy Valpoort dar ma’ żewġ difensuri ta’ Mosta, serva lil Dexter Xuereb li iżda tefa’ għoli. Santa Lucia wieġbu fl-24 minuta, meta wara li rċieva minn freekick ta’ Miguel Angel Alba, Francisco Farias Rodrigues kellu daqqa ta’ ras li ntemmet ftit barra.

Minuta biss wara, Mosta fetħu l-iskor meta cross ta’ Duane Bonnici ħabat ma’ Jurgen Pisani, bil-ballun jintemm għand CHRIST EMEME li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa. Santa Luciċ ħolqu l-periklu fil-41 minuta meta wara li rċieva minn corner mogħti minn Miguel Angel Alba Alba, Michael Johnson kellu d’daqqa ta’ ras tiegħu salvata bi bravura mill-golakeeper ta’ Mosta, Ini Etim Akpan.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, kienu Mosta li ħarġu fuq l-offenisva u fit-52 minuta, Boubakary Diarra, għadda tajjeb lejn Christ Ememe, li kellu xutt mlll-ewwel li ntemm ftit barra. Fit-73 minuta, Mosta rduppjaw l-iskor meta wara li rċieva minn corner mogħti minn Clayton Failla, Tyrone Farrugia għadda tajjeb lejn is-sostitut JACOB AKRONG, li b’daqqa ta’ ras preċiza tefa’ ġewwa.

Fit-88 minuta, Santa Lucia naqqsu l-marġni tal-iskor meta Jan Tanti serva lil FRANCISCO FARIAS RODRIGUES, li permezz ta’ daqqa ta’ ras minn qagħda ideali, tefa’ l-ballun fix-xibka.

Santa Lucia: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Lorenzo Fonseca Soares, 4-Michael Johnson   (22-Jamie Zerafa 87), 6-Nicholas Pulis, 8-Robert Bairam (2-Matthias Vella 87), 9-Davidy Ayrton Valpoort, 13-Diego Pacheco Francarolli (10-Liam Ayad Bi Bah Blie 78’), 14-Dexter Xuereb (11-Jan Tanti 77), Jurgen Pisani, Francisco Farias Rodrigues, Miguel Angel Alba (21-Jamie Carbone 67) Coach: Vincenzo Potenza


Mosta: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa, 8-Christ Ememe (2-William Legault 88’), 11-Duane Bonnici (10-Precious Tenebe 88), 13-Clayton Failla, 20-Boubakary Diarra, 22-Tyrone Farrugia, 33-Geoffrey Edwin Acheampong, 43-Steve KIngue (Jacob Akrong 55), 77-Zachary Brincat (99-Tobi Akiti 80), 98-Rodriguez Ekani Coach: Joseph Grech

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: Duncan Spencer, Vasil Vasilev

Raba’ Uffiċjal: Matthew De Gabriele

Skorers: C. Ememe 25, J. Akrong 73 (M), F. Farias Rodrigues 88 (SL)

Ammoniti: D. Xuereb, J. Carbone (SL), D. Bonnici (M)

Player tal-Logħba: Christ Ememe (M)

Sport