Saturday, May 18, 2024

Libjan akkużat bil-bomba ta’ Lockerbie arrestat fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Skont awtoritajiet Skoċċiżi jidher li Libjan akkużat li għamel il-bomba li qerdet it-titjira 103 ta’ Pan Am fuq Lockerbie 34 sena ilu jinsab arrestat fl-Istati Uniti

L-Istati Uniti ħabbret akkużi kontra Abu Agila Masud sentejn ilu, fejn allegaw li kellu rwol ewlieni fil-bumbardament tal-21 ta’ Diċembru, 1988.

L-isplużjoni abbord il-Boeing 747 ħalliet 270 persuna mejta. Dan hekk kif il-259 passiġġier u l-ekwipaġġ kollha abbord il-jumbo jet li kien sejjer lejn New York minn Londra mietu filwaqt li 11-il persuna oħra nqatlu f’Lockerbie meta l-fdalijiet tal-ajruplan qerdulhom djarhom.

Sport