Wednesday, March 27, 2024

Moussa Diaby segwit minn Manchester United

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Manchester United, Erik ten Hag, ta l-approvazzjoni tiegħu biex dan is-sajf jiffirma lil Moussa Diaby mingħand Bayer Leverkusen.

Il-player ta’ 23 sena huwa maħsub li ġibed l-attenzjoni ta’ numru ta’ clubs ewlenin Ewropej wara li għen lil Leverkusen jikkwalifikaw għaċ-Champions League matul l-istaġun li għadda.

Diaby irreġistra 17-il goal u 14-il assist fi 42 partita fil-kompetizzjonijiet kollha matul l-istaġun li għadda, inklużi 13-il goal u 12-il assist minn 32 ħarġa fil-Bundesliga.

Ekonomija

Sport