Napoli jinsabu fiduċjużi li jiksbu s-servizzi tad-difensur ta’ Udines, Nehuen Perez, fl-aħħar mumenti tas-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.
I Partenopei diġa’ għandhom lesti €18-il miljun flimkien ma’ xi bonuses ladarba jakkwistaw lil dan il-plejer ta’ nazzjonalita’ Arġentina.
Perez għandu 23 sena u qed jispikka ferm mal-Friulani, xi ħaġa li d-diriġenti Naplitani ndunaw mal-ewwel tant li marru għalih.