Sunday, July 26, 2026
Home Sport Napoli u Cagliari jpartu l-goalkeepers

Napoli u Cagliari jpartu l-goalkeepers

0
102

Napoli u Cagliari ftiehmu li jagħmlu tpartit ta’ goalkeepers hekk kif Elia Caprile se jmur jilgħab f’Sardenja filwaqt li Simone Scuffet għadda għand il-Partenopei.

Scuffet kien ferm kuntent b’dan it-trasferiment fuq bażi ta’ self. Hu laħaq lagħab 15-il logħba mar-Rossoblu.

Min-naħa ta’ Caprile, hu deher biss erba’ darbiet ma’ Napoli mill-2023 ‘l hawn u hemm iċ-ċans li jsib lura postu bejn il-lasti b’mod regolari ma’ Cagliari.