Thursday, March 28, 2024

Nasser Al-Khelaifi joffri ċ-ċans lil Barcelona li jerġgħu jiffirmaw lil Neymar

Aqra wkoll

Il-president ta’ Paris Saint-Germain, Nasser Al-Khelaifi, offra ċ-ċans lil Barcelona li jerġgħu jiffirmaw lil Neymar matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.

Il-player ta’ 29 sena ffirma ftehim ġdid fit-tul ma’ PSG f’Mejju biss, bil-kuntratt tal-internazzjonali Brażiljan fil-kapitali Franċiża jibqa’ għaddej sas-sajf tal-2025.

Madankollu, Al-Khelaifi offra lill-attakkant lil Barcelona permezz ta’ intermedjarji, filwaqt li l-clubs tal-Premier League ġew notifikati wkoll.

Offerta fir-reġjun ta’ €80m x’aktarx tiġi aċċettata mit-team ta’ Mauricio Pochettino, bil-ġganti tal-Ligue 1 ħerqana li jġeddu l-iskwadra tagħhom fis-sajf li ġej.

Barcelona, ​​madankollu, huma maħsuba li qed jagħtu prijorità lil offerta għal Mohamed Salah ta’ Liverpool u mhux qed jikkunsidraw li jġibu lil Neymar lura fil-Camp Nou fil-preżent.

Il-player Brżiljan lagħab mal-ġganti Katalani bejn l-2013 u l-2017, u skorja 105 goal f’186 dehra, qabel b’mod sorprendenti ingħaqad ma’ PSG.

Neymar tħabat biex juri l-aqwa forma tiegħu f’livell ta’ club dan l-istaġun, billi rnexxielu jiskorja biss tliet goals u jipprovdi tliet assists fi 11-il ħarġa fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ekonomija

Sport