Friday, March 21, 2025

Nations League tan-Nisa: Rebħa minima għal Malta fuq Andorra

Aqra wkoll

Malta ……..1

Andorra ….0

Minn Cristian Muscat

Wara t-telfa ta’ 2-1 kontra Ċipru kienet meħtieġa reazzjoni mit-team nazzjonali tan-nisa  meta ospita lil dak ta’ Andorra fil-partita valida mill- UEFA Nations League.

U proprju hekk ġara meta ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 1-0 fejn ipproduċa wirja ferm aħjar minn dik kontra Ċipru. Dan kien is-sitt konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet bir-rekord huwa wieħed assolut favur il-Maltin hekk kif rebħu is-sitt konfronti kollha.

B’hekk Malta laħqet lil Georgia bi tliet punti fil-klassifika f’League C, Grupp 2, wara li dawn ġew megħluba minn Ċipru bl-iskor ta’ 2-1. 

Qabel il-partita il-presi­dent tal-MFA, Bjorn Vassallo, ippreżenta flokk kommemorattiv lil Rachel Cuschieri fl-okkażjoni tal-100 partita tagħha bil-flokk nazzjonali Malti, fejn għal din l-okkażjoni kienet il- captain tat-team minflok Emma Lipman.

Kienu l-Maltin li fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta Alishia Sultana l-ewwel laqtet il-ballun ħażin imbagħad għaddiet tajjeb lejn SHONA ZAMMIT li mill-viċin sparat il-ballun fix-xib­ka.

Wara dan il-goal, ir-ritmu bħal donnu naqas fejn il-logħob kien konċentrat f’nofs il-ground bil-Maltin ikunu territorjalment aħjar mill-avversarji.

L-azzjoni li segwit denja ta’ nota waslet fl-34 minuta meta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Emma Lipman ġiet salvata mill-goalkeeper ta’ Andorra, Alba Martin.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin komplew bl-istess ritmu ta’ qabel il-mistrieħ u fil-51 minuta, xutt bid-dawra mid-distanza ta’ Lexine Farrugia ġie salvat f’corner bi bravura mill-goalkeeper Andorrana.

Il-Maltin komplew fuq l-offensiva u fid-69 minuta, Lexine Farrugia għaddiet cross fil-baxx fid-direzzjoni ta’ Maria Farrugia li kellha t-tentattiv tagħha minn taħt il-lasti salvat minn Martin.

Wara din l-azzjoni, ir-ritmu reġa’ naqas bil-players Maltin jamministraw il- vantaġġ, bl-avversarji rari resqu lejn il-goalkeeper Maltija.

MALTA: 1-Janice Xuereb, 4-Emma Lipman (16-Charlene Zammit 46), 5-Oceane Virginie Grange, 7-Lexien Farrugia, 8-Rachel Cuschieri, 9-Alishia Sultana (3-Jade Flask 46), 10-Maria Farrugia, 13-Maya Lucia, 14-Shona Zammit, 15-Fiona Buttigieg (18-Emma Xuereb 59), 21-Haley Bugeja (20-Nicole Sciberras 81) – Coach: Manuela Tesse

ANDORRA: 23-Alba Martin, 2-Zoe Planaguma (19-Carla Ber 71), 4-Aitana Colobrans, 6-Teresa Armengol, 10-Maria Ruzafa (11-Ariadna Pernia 62), 13-Erica Goncalves, 14-Laia Sole Palau, 15-Paula Marques (7-Ariana Correia 62), 17-Chloe Izquierdo, 18-Neus Rosas, 20-Laia Sin   – Coach: Albert Panadero Garcia

REFEREE: Teresa Oliveira (Portugall)

ASS. REFEREES: Sandrine Goncalves Santos (Portugall), Vikki Allan (Skozja)

RABA’ UFF: Lauren Whitehead (Skozja)

SKORER: S. Zammit 11 (M)

AMMONITI: S. Zammit, C. Zammit (M), A. Correia (A)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport