Friday, April 11, 2025

Naxxar Lions jaħsdu lil Hibernians

Aqra wkoll

Hibernians ….….0

Naxxar Lions ….1

Minn Cristian Muscat

Naxxar Lions ħasdu lil Hibernians bl-iskor ta’ 1-0 biex irritornaw għar-rebħ u ħarġu miż-żona tar-relegazzjoni tal-Bottom Six tal- Malta Premier.

Hibernians kienu min­għajr is-servizzi tal-attakkant Lucas Villela Lapert min­ħabba li kien sospiż.

Qabel il-partita, il-captain ta’ Hibernians Bjorn Kristensen ġie ppremjat bħala l-LifeStar MVP għax-xahar ta’ Marzu 2025 minn rappreżentant ta’ LifeStar, b’din tkun it-353 partita għal dan il-player bil-flokk tal-Paw­listi.

Kienu Naxxar li ħolqu l-ewwel periklu wara seba’ minuti meta l-Ġappuniż, Takuma Yamaguchi, wara li rċieva minn cross mil-lemin kellu xutt mill-viċin li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Hugo Sacco, li f’din il-partita kien qed jirritorna minflok Pablo Nino Sanchez.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-16-il minuta, Barbosa mid-distanza kważi ħasad lill-Pawlisti iżda pront kien Ilias Apostolos li salva minn fuq il-linja fatali.

Hibernians wieġbu erba’ minuti wara meta xutt qawwi ta’ Dexter Xuereb intemm barra.

Iżda fit-33 minuta, Nax­xar rebħu penalty meta Apostolos deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa, biex mill-11-il metru  RYAN GILMOUR CASSAR permezz ta’ xutt fil-baxx ma żbaljax.

Hibernians resqu viċin li jiksbu d-draw fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta xutt mill-ewwel ta’ Jurgen Degabriele minn tarf il-kaxxa intemm ftit għoli.

Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Pawlisti  resqu qrib li jsibu x-xibka meta minn azzjoni ta’ corner, Pedro Henrique Nunes Silva kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra.

Fis-56 minuta, huma reġgħu heddew iżda l-free-kick ta’ Khevin Rodrigo Fraga kien wisq ċentrali.

Fit-63 minuta, reġa’ kien Degabriele li ttanta xortih, din id-darba b’xutt minn tarf il-kaxxa li ntemm barra.

Naxxar wieġbu fid-69 minuat meta xutt fil-baxx minn pożizzjoni angolata ta’ Bolanos għadda ftit barra.

Fit-72 minuta, il-goalkeeper tal-Lions, Matthias Debono, kien providenzjali meta evita goal ċert fuq xutt ta’ Degabriele.

Hibernians: 30-Hugo Sacco, 5-Kurt Shaw, 8-Rodrigo Khevin Fraga, 9-Natha Felicio Carvalho, 10-Jurgen Degabriele (4-Alfred Silas 78), 11-Bjorn Kristensen, 14-Dexter Xuereb (19-Stanislav Sorokin 78), 21-Alex Bruno De Souza Silva (20-Federico Falcone 63), 22-I­lias Apostolos (23-Matthew Ellul 78), 44-Pedro Henrique Nunes Silva, 99-Rui Bruno Ribeiro   – Coach: Branko Nisevic

Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 7-Takuma Yamaguchi (44-Ito Yasukaze 63), 8-Neil Pace Cocks, 9-Edward Orlando Angulo Bolanos, 15-Ryan Gilmour Cassar, 18-Hugo Coelho Dos Santos (4-Bacary Sane 86), 20-Laton, 23-Maicon De Souza Da Silva (30-Jean Paul Farrugia 93), 25-Fernando Barbosa Pereira, 33-Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: James Muscat, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORER: R. Cassar 34 pen (NL)

AMMONITI: N. Micallef, M. De Souza Da Silva, R. Gilmour Cassar (NL)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport