Naxxar Lions ….1
Marsaxlokk ……0
Minn Cristian Muscat
Naxxar Lions ħasdu lil Marsaxlokk meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex kisbu tliet punti prezzjużi li jagħtuhom tama ġdida biex ma jispiċċawx fiż-żona tar-relegazzjoni u għall-inqas jidħlu fil-play-offs għas-salvazzjoni.
Min-naħa l-oħra, b’din it-telfa Marasxlokk ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw biex itemmu fl-ewwel żewġ postijiet biex jikkwalifikaw għas- semi-finali għar-rebħ tat-titlu.
Għal Marsaxlokk irritorna l-goalkeeper, Matthew Calleja Cremona, fejn ħa post Federico Marchetti li qed jirkupra minn injury. Dan filwaqt li Martin Adamec ħa post is-sospiż Nikolai Muscat, b’Jose Ulises Arias ikun sospiż ukoll għax-Xlukkjari.
Għal Naxxar, Ito Yasukaze rritorna minn sospensjoni fejn ġie utilizzat bħala sostitut.
Kienu huma li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss sitt minuti Lucas Lopes xeħet għoli wara li rċieva minn freekick ta’ Leandro Aguirre.
Naxxar wieġbu fl-10 minuta permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Maicon li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper tax-Xlukkajri Matthew Calleja Cremona.
Madankollu fil-25 minuta Naxxar fetħu l-iskor liema goal kellu jkun dak tar-rebħa meta Maicon xeħet cross mil-lemin u EDWARD BOLANOS bir-ras tefa’ ġewwa.
Marsaxlokk wieġbu fl-44 minuta meta Jorge Ailton Soares kellu xutt mill-ewwel jintemm ftit għoli.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Marsaxlokk ħarġu ferm aggressivi u fis-56 minuta Yuri De Jesus Messias kellu daqqa ta’ ras mill-viċin salvata tajjeb mill-goalkeeper ta’ Naxxar, Matthias Debono. Dan sabiex fis-70 minuta Yuri De Jesus Messias temm azzjoni tajba fuq ix-xellug b’pass lejn Alex De Aguilar Gomes li kellu l-konklużjoni tiegħu tgħaddi tħakkek mal-lasta.
Fil-ħin miżjud, Alex Aguilar De Gomes dejjem għal Marsaxlokk, kellu xutt mill-viċin wara li rċieva mingħand Duane Bonnici mix-xellug, salvat tajjeb mill-goalkeeper Naxxari.
NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 4-Bacary Sane, 8-Neil Pace Cocks, 9-Edward Orlando Angulo Bolanos, 10-Edson Farias Cerqurira (30-Jean Paul Farrugia 92), 18-Hugo Dos Santos Coelho (19-Aron Hernandez 87), 20-Laton, 23-Maicon De Spuza Da Silva (44-Ito Yasukaze 79), 25-Fernando Barbosa Pereira, 33-Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella
MARSAXLOKK: 1-Matthew Calleja Cremona, 4-Karl Micallef, 5-Jorge Ailton Soares, 10-Yuri De Jesus Messias, 14-Juan Carlos Corbalan (9-Sergo Kukhianidze 67), 20-Martin Adamec (8-Jake Ghio 67), 22-Lucas Emanuel Lopes, 23-Alex De Aguilar Gomes, 24-Enmy Manuel Pena Beltre (3-Duvan Torres 90), 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna (11-Duane Bonnici 80) – Coach: Vincenzo Potenza
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Max-Lee Muscat
RABA’ UFF: Joseph Scerri
SKORER: E. O. Bolanos Angulo 25 (N)
AMMONITI: M. Debono, H. Dos Santos Coelho, M. De Souza Da Silva, F. Barbosa Pereira (N), Y. De Jesus Messias, J. C. Corbalan, R. Scicluna (M)