Monday, May 11, 2026

Naxxar Lions relegati

Aqra wkoll

MOSTA ……………………1

NAXXAR LIONS ………..0

Minn Cristian Muscat

Naxxar Lions u Tarxien Rainbows sfaw relegati għaċ-Challenge wara li fir- Relegation Play-Offs sfaw megħluba minn Mosta u Zabbar St Patrick rispettivament.

Madankollu wieħed ma jrid ineħħi xejn mill-mertu tal-istagun li kellhom Nax­xar, fejn wara li ħa t-tmun f’idejh, il-coach, Wins­ton Muscat, f’Diċembru li għad­da, dehru trasformati, u sa­ħansitra kisbu post fit-Top 6 fil-Closing Round.

Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu mal-kwarta logħob, meta Prince Emmanuel Chibuzor kellu xutt fil-baxx li ġie salvat minn mal-art mill-goalkeeper ta’ Naxxar, Matthias Debono.

Huma komplew jippressaw u fit-22 minuta, AZER KOZIC, fetaħ l-iskor b’xutt fil-baxx wara li rċieva l-ballun minn through pass.

Fil-35 minuta, il-Blues reġgħu heddew meta Nevin Portelli ra t-tentattiv tiegħu jiġi mdawwar f’corner mill- goalkeeper, Matthias Debo­no.

Il-Mostin setgħu daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ żewġ goals iżda sabu lil Debono attent meta salva fuq żewġ tentattivi ta’ Chibuzor.

Fil-51 minuta, Mosta fal­lew ċans ieħor meta Kozic xeħet barra minn qagħda ideali.

Sitt minuti wara, il-coach ta’ Naxxar, Winston Muscat, talab lir-referee Fyodor Zammit, biex jikkonsulta l-FVS wara li Kurt Zammit deher jikkommetti foul fil-kaxxa iżda wara konsultazzjoni, l-uffiċjal tal-logħba ma ħa l-ebda azzjoni.

Fis-76 minuta, in-Naxxa­rin qalgħu daqqa ta’ ħarta meta Gustavo Felipe Goncalves meta ntwera t-tieni karta safra għal foul fuq Leonardo Da Silva.

Fil-85 minuta kien imiss lill-coach ta’ Mosta, Joseph Grech, jitlob għall-FVS wara li Chibuzor deher jitwaqqa’ fil-kaxxa … iżda kollox kien normali għar-referee.

Mosta tilfu ċans tad-deheb li jerġgħu isibu x-xibka meta Giancarlo Goncalves minn taħt il-lasta tefa’ inkredibbilment għoli.

U ftit mumenti biss wara, l-istess player kien sfortunat li mill-viċin ġie mċaħħad mil-lasta.

Mosta: David Udoh Akpan, Matthew Bolanos Garcia, Nevin Portelli (Sasha Cachia 94), Giancarlo Goncalves (Diamanka Senghor 94), Kurt Zammit, Azer Kozic (Willian Filipe 60), Prince Emmanuel Chibuzor, Pedro Augusto Cacho Da Silva (Charles Oderinde 79), Simon Zibo, Leonardo Da Silva (Nathan Agius 79)  – Coach: Joe Grech

Naxxar L.: Matthias Debono, Theo Kruger (Mattias Micallef 64), Felipe Goncalves, Neil Pace Cocks, Louis Pahama, Edson Farias Cerieria, Vitinho (Christian Nganmini 79), Christian Gauci (Gabriel Costa Goncalves 64), Rosiel da Silva, Vinicius Ferreira De Jesus (Amiel Guehi 79), Joao Vitor Moura Cardoso   – Coach: Winston Muscat

Referee: Fyodor Zammit

assistenti: Duncan Sultana, Vasil Vasilev

Raba’ Uff.: Vladimir Rizoski

Skorer: A. Kozic 22 (M)

Ammoniti: A. Kozic, L. Fernandes, D.U. Akpan, P. Da Silva, N. Agius (M), G.F. De Campos (2) (N)

Player tal-Logħba: Nevin Portelli (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport