Monday, May 11, 2026

Zabbar St Patrick isalvaw b’żewġ goals fil-ħin barrani

Aqra wkoll

Tarxien Rainbows…………… 0

Zabbar St Patrick……………. 2

(wara l-ħin barrani)

Zabbar St Patrick għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu fil-ħin barrani biex żammew il-profil tagħhom fl-ogħla diviżjoni u kkundannaw lir-Rainbows biex staġun ieħor jilagħbu fiċ-Challenge League.

Bl-azzjonjiet jalternaw minn naħa għal oħra, fit-32 minuta, il-coach ta’ Tarxien Rainbows, Jacques Scerri, talab l-intervent tal-FVS minħabba handball fil-kaxxa avversarja …. iżda r-refe­ree Daniel Portelli ma ordna l-ebda penalty wara l-verifika meħtieġa.

Fl-44 minuta, Zabbar ħasbu li fetħu l-iskor meta Ni­cholas Agius għeleb żewġ avversarji u fajjar xutt li      deher li qabeż il-linja fata­li iżda l-goal ġie mħassar minħabba pożizzjoni ta’ offside.

Fit-53 minuta, Tarxien appellaw għal penalty għal foul fuq Nhaysonn da Silva Rosa, iżda wara ntervent tal-FVS, ir-referee Daniel Portelli ma ordna l-ebda penalty.

Bir-riżultat jibqa’ dak ta’ mingħajr goals, kien hemm il-ħtieġa li l-partita tmur fil-ħin barrani.

U fil-108 minuta, iż-Żabbarin fetħu l-iskor meta meta mill-cross ta’ Pedro Santia­go Cejas, minn taħt il-lasti AYOM MAJOK AYOM xeħet fix-xibka.

Fil-117-il minuta, Zabbar ingħataw penalty wara li Luis Felipe Rodrigues ġie mwaqqa fil-kaxxa. Il-penal­ty ġie konfermat wara li Daniel Portelli ġie mitlub jivverifikah mill-FVS iżda l-coach Żabbari, Gilbert Agius, reġa’ talab l-intervent tal-FVS wara li kien hemm diversi battibekki bejn il-players.

Wara li saru l-verifiki meħtieġa, Portelli wera l-karta s-safra lill-captain tar-Rainbows, Claudio Henrique.

Mill-11-il metru Ma­rio Fontanella  għeleb lill-goalkeeper Spiteri b’xutt b’ saħħtu.

Żewġ minuti wara, it-Tar­xiniżi spiċċaw bi player inqas wara li Claudio Henrique   ntwera it-tieni karta saf­ra wara li ta daqqa ta’ minkeb lil Brian Gambarte.

Tarxien R.: Miguel Spiteri, Ali Gaafar, Anthony Lokosa (Patrick Schmidt 74), Claudio Henrique, Junior Erico de Oliveira (Angel Valverde 58), Sheldon Mizzi (Miguel D’ Alessandro 119), Luke Anthony Borg, Nhaysonn Da Silva Rosa, Kwasi Donsu (Manyulak Aguek 80), Marko Musulin, Petar Panic – Coach: Jacques Scerri

Zabbar SP: Manuel Issufe Djalo, Pedro Santiago Cejas, Brian Gambarte, Nicholas Agius (Luis Felipe Rodrigues 79), Jake Micallef, Ayom Majok Ayom (Izaak Etim Akpan 121), Zean Leonardi, Zven Polidano, Vinicius De Paiva, Kean Scicluna, Mario Fontanella (Liam Micallef 119) – Coach: Gilbert Agius

Referee: Daniel Portelli

assistenti: Jurgen Spiteri, Max Lee Muscat

Raba’ Uff.: Joseph Scerri

Skorers: A. Majok 108, M. Fontanella 117 pen (ZSP)

Ammoniti: L.  Borg (TR); B. Gambarte, J. Micallef, Z. Leonardi, M. Fontanella (ZSP)

Tkeċċa: C. Henrique 121 (NL)

Player tal-Logħba: Mario Fontanella

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport