Hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Nazzareno Dalli ta’ 43 sena, waħda mix-xhieda kienet psikjatra li qalet li fil-Ħabs hu dejjem wera mġiba tajba u anke dejjem segwa dak mitlub minnu mill-professjonisti.
Dalli jinsab mixli li pprova joqtol żewġt ibniet fil-Marsa b’diversi daqqiet ta’ sikkina.
Il-Psikjatra qalet fil-Qorti li Dalli mar għal 6 sezzjonijiet minn 7 u dan bil-għan li l-akkużat ikabbar l-għarfien u jindirizza ħsibijiet li jwasslu għal abbuż ta’ sustanzi.
Iżda, ix-xhud qalet li l-akkużat isibha diffiċli ħafna biex jikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħu. Qalet li l-użu tas-sustanzi ġej minħabba esperjenzi li kellu fil-passat u li qatt ma ndirizza. Dawn ħallew imġatt dwar kif żviluppa bħala persuna.
Il-Maġistrat Marse-Anne Farrugia staqsiet lil Psikjatra jekk tħosshiex komda li Dalli jingħata l-ħelsien mill-arrest u anke jekk isir dan għandux s-sapport neċessarju. Id-deċizjoni dwar il-ħelsien mill-arrest ta’ Nazzareno Dalli se tingħata mill-Qorti l-ġimgħa d-dieħla.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Wayne Camilleri u Ian Vella flimkien mal-Avukati Etienne Savona u Manuel Grech għall-Avukat Ġenerali.
Dalli qed jidher assistit mill-Avukati Mario Mifsud, Nicholas Mifsud, Franco Debono, Arthur Azzopardi u Jacob Magri.
Għall-vittmi qed tidher l-Avukat Roberta Spiteri.