Wednesday, December 25, 2024

NEFQA BLA PREĊEDENT GĦAL AKTAR SPAZJI ĦODOR

Aqra wkoll

Il-politika tal-Gvern li jibqa’ jinvesti f i spazji ħodor, inklużi dawk fi nħawi urbani jidher li se tibqa’ prijorità ewlenija anki għaż-żmien li ġej.

Dan l-investiment qawwi qed jissarraf f’diversi proġetti madwar il-pajjiż u li bla dubju se jkunu qegħdin iġibu bidla sinifikanti ambjentali fl-istess waqt li jtejbu l-kwalità tal-ħajja talfa milji Maltin u Għawdxin. Għaliex kif jgħid il-Malti, il-bniedem ma jgħix bil-ħobż biss.

Dan l-aħħar kellna aktar aħbarijiet sbieħ f’dan il-qasam. Fil-fatt, l-Aġenzija Project Green, li hija responsabbli mill-proġetti ambjentali f’pajjiżna, b’allokazzjoni ta’ €700 miljun mifruxin fuq perjodu ta’ seba’ snin, qiegħda taħdem fuq xejn inqas minn 118-il proġett differenti.

Dawn il-proġetti kollha, li fit-totalità tagħhom jilħqu daqs ta’ 240 grawnd tal-futbol huwa stmat li se jiswew mat-€350 miljun. Proġetti li mhux biss se jkunu qed isebbħu l-lokalitajiet, imma wkoll se jkunu qed ikattru l-ħdura ambjentali, fejn bħala parti minn dan il-pjan, is-sena d-dieħla biss, medda ta’ 120,000 metru kwadru se jiġu rriġenerati fi spazji miftuħa.

B’hekk, kif qed tippjana Project Green is-sena d-dieħla se jitlestew 19-il proġett ġdid. Huwa notevoli li fost il-proġetti ppjanati hemm erba’ siti f’żoni ta’ żvilupp f’Ta’ Ġorni, San Ġljan, Ħal Luqa, il-Ġien Merino f’Ħal Lija u Triq Nerik Scerri f’Ħal Kirkop. B’kollox dawn se jikkapparraw 8,000 metru kwadru ta’ art. Dawn l-artijiet diġà għaddew għal għand Project Green din is-sena biex jinbidlu fi spazji miftuħa għar-residenti.

B’kollaborazzjoni ma’ diversi kun silli lokali permezz tal-inizjattiva Community Grant, Project Green għaddejja wkoll bil-preparamenti għal diversi spazji oħra li mistennija jitlestew is-sena d-dieħla wkoll fosthom il-Fruit Garden fl-Imtarfa, fiżŻo na taż-Żebbuġ Għawdex, l-Eco Garden fix-Xewkija u r-riserva naturali tas-Simar f’San Pawl il-Baħar.

Dawn huma deċiżjonijiet li bla dubju ta’ xejn għandhom jintlaqgħu tajjeb minn kulħadd għaliex kulħadd, b’mod jew ieħor se jgawdi minnhom. Proġetti li minnhom infushom se jfissru aktar siġar, pjanti u arbuxelli filwaqt li joffru dehra isbaħ u opportunità lir-residenti fejn jistgħu jiltaqgħu, jissoċjalizzaw u jqattgħu l-ħin liberu tagħhomu Proġetti li wieħed jasal għalihom bilmixi u mingħajr ma jkollu juża l-karozza privata tiegħu.

Għalhekk, filwaqt li nemmnu li hu tajjeb li qed isiru dawn il-pro ġetti kollha, huwa importanti wkoll li jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet wie sgħa biex jiġu evitati xi problemi u dak li jsir ikun għas-sodisfazzjon tar-residenti tallo kal.

Hekk ukoll, ir-responsabbiltà għaż-żamma tajba ta’ dawn l-ispazji rikreattivi m’għan dhiex taqa’ biss fuq spallejn Project Green imma wkoll għandha tkun responsabbiltà ta’ kull wieħed u waħda minna jekk verament nix tiequ u irridu ambjent f iżiku san u protett f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport