Sunday, December 22, 2024

Negliġenza ta’ omm twassal għall-mewt ta’ binha

Aqra wkoll

Omm allegatament ħalliet lil binha ta’ 3 snin jegħreq f’pixxina f’park tal-ilma waqt li kienet aljenata bit-telefon tagħha f’idejha. Tant kienet aljenata li injorat għal kollox lil binha li waqa’ fil-pixxina u kważi għereq.

It-tifel ittella mill-ilma wara li nstab f’fond ta’ erba’ piedi fil-pixxina tal-Park tal-Ilma Camp Cohen. Huwa nħareġ mill-pixxina f’El Paso, Texas, u miet fi sptar l-għada.

Xhud qalet li omm it-tifel, Jessica Weaver, ta’ 35 sena, qatt ma ħarset lejn it-tifel tagħha waqt li kienet fuq it-telefon daqslikieku ma kienet qed tagħti kas ta’ xejn. 

Xhud ieħor qal li ra lil Weaver  bilqiegħda barra bit-telefon tagħha u anki tieħu r-ritratti l-ħin kollu. 

Fil-ħin li t-tifel waqa’ fil-pixxina ma kienx liebes ġakketta tas-sigurta’ għalkemm dawn kienu disponibbli fil-park.

Weaver ġiet arrestat fl-istat ta’ Indiana u ġiet akkużata li poġġiet ħajjet it-tifel tagħha fil-periklu b’ommissjoni u negliġenza kriminali.

Hija ġiet illiberata b’garanzija ta’ $100,000 fit-22 ta’ Settembru li għadda.

Weaver kienet fetħet kawża għad-danni ta’ miljun dollari kontra l-belt fejn allegat ‘negliġenza kbira’ mill-park tal-ilma u lifeguards mhux imħarrġa.

Wieħed mill-avukati ta’ tagħha qal li l-akkużi kriminali kontriha huma ritaljazzjoni għall-kawża li fetħet kontra l-belt.

Ekonomija

Sport