Bħala parti minn proġett li Mgarr United imbarkaw fuqu u li permezz tiegħu, huma qed isaħħu ferm l-iskwadra, fosthom bl-ingaġġ tal-kowċ Taljan ta’ esperjenza, Andrea Agostinelli, bil-mira li jiskbu l-promozzjoni għall-Malta Premier, huwa mistenni li fil-jiem li ġejjin iħabbru l-akkwist tal-player żagħżugħ Neil Pace Cocks mingħand Naxxar Lions.
Fost oħrajn, lejn l-aħħar ta’ Jannar li għadda huwa laħaq it-tragward tal-100 logħba bil-flokk ta’ Naxxar Lions f’partita kontra Floriana.

