Tuesday, April 30, 2024

“Nemmen li l-proposti tal-manifest tal-PL se jwasslu għal bidliet kbar”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Dr Lydia Abela qalet li hija xi ħaġa sabiħa li l-PL, minkejja li għalaq il-programm elettorali tiegħu, xorta poġġa bilqiegħda u baqa’ jiddiskuti biex ikompli jisma. Qalet li meta jisimgħu, ikunu jistgħu jwettqu l-aspirazzjonijiet u l-ħolm tan-nies.

“Il-pandemija u l-isfidi li ġabet magħha naħseb tat rilevanza ġdida fuq diskussjoni dwar il-kwalità tal-ħajja. Nemmen li fi żmien meta konna qed nitilfu ħafna, apprezzajna aktar dak li verament jagħmilna kuntenti f’ħajjitna.  Inkunu qed niżbaljaw jekk naħsbu li din it-tema, dwar il-kwalità tal-ħajja u dwar is-saħħa mentali, tolqot biss lil xi faxxa waħda tas-soċjetà. Jew jekk naħsbu li s-suġġett dwar ħajja attiva jolqot biss liż-żgħażagħ jew liż-żgħar. Il-kwalità tal-ħajja huwa suġġett li jolqot lil kulħadd. Huwa proprju għal din ir-raġuni li t-titjiieb fil-kwalità tal-ħajja qed jingħata tant importanza f’din il-kampanja elettorali.”

Tkellmet dwar il-pjan konkret li qed jipproponu l-PL, liema pjan huwa mibni fuq l-aspirazzjonijiet u l-ħolm tal-eluf tan-nies.

“Prinċipju ewlieni huwa li l-ambjent irid ikun fiċ-ċentru ta’ ħajjitna,” qalet Dr Abela, “Għalhekk l-investiment bla preċedent ta’ €700 miljun fl-ambjent tagħna. Biex tgawdi n-natura m’għandekx għalfejn tuża’ l-karozza, irridu nkunu nistgħu ngawduha fl-ibliet u fl-irħula tagħna. Fis-snin li ġejjin bħala soċjetà rridu nwettqu l-viżjoni ta’ Malta climate neutral u naslu għal trasport alternattiv. Dan filwaqt li niċċentraw il-politika fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Fis-saħħa assigurajna li pajjiżna jkollu l-aqwa faċilitajiet mediċi u servizzi tas-saħħa fost l-aqwa fid-dinja. Il-politika tas-saħħa li qed nitkellmu fuqha issa se tkun ibbażata fuq moniteraġġ kontinwu u screening minn età żgħira.”

Tkellmet dwar diversi proposti tal-PL fosthom li jiddaħħal aktar sport u attività fiżika fil-ħajja ta’ kuljum tat-tfal, qed jippjanaw li t-tfal ikunu esposti għall-kowċis u atleti professjonali fl-iskejjel, qed jisħqu li t-tfal fl-iskejjel jiġu mgħallma jsuqu r-rota u se jkunu qed jaraw li jerġgħu jintroduċu l-iskema tal-ħaxix u l-frott fl-iskejjel tagħna b’aktar porzjonijiet frekwenti u jestenduha għall-iskejjel sekondarji.

Sport