NEPTUNES BEST GYMS… 18
SLIEMA NEXAWIN……….. 15
(5-4, 4-4, 5-4, 4-3)
Neptunes jinsabu pass ‘il bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat tas-Sajf għall-ewwel darba mill-2021, meta għelbu lir-rivali eterni Sliema bl-iskor ta’ 18-15.
Huma jerġgħu jaffrontaw lis-Slimiżi nhar l-Erbgħa li ġej, fejn jekk joħorġu rebbieħa, ikunu aċċertai mir-rebħ tal-Kampjonat.
Neptunes rebħu l-ewwel u t-tieliet sessjoni bl-iskor identiku ta’ 5-4, fejn huma rebħu wkoll ir-raba’ sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, bit-tieni sessjoni tintemm f’paritá ta’ 4-4.
Għal Neptuunes spikka bħal dejjem il-captain Stevie Camilleri li skorja sitt goals, b’Ivan Nagaev jiskorja ħames goals, filwaqt li għal Sliema spikka daqstant ieħor il-player Taljan Francesco Di Fulvio li skorja xejn inqas minn seba’ goals.
Neptunes: M. Castillo, M. Lanzon, S. Gialanze (1), L. Chetcuti, J. Camilleri, J. Valletta (2), S. Camilleri (6), I. Nagaev (5), M. Castillo (1), J. Bajada (1), M. Azzopardi, M. Zuvela (2), M. Rossi, A. Fava, H. Shramm
Sliema: B. Busuttil, F. di Fulvio (7), L. Galea, J. Gambin (1), J. Cassar, B. Cachia (1), J. Cutajar (2), D. Rizzo, E. Schembri (1), J. Cachia, J. Chircop, D. Zammit (2), M. Bonello DuPuis, S. Engerer (1), S. Busuttil
Referees: Jaume Teixido, Ivan Rakovic




