Minn Cristian Muscat
ZABBAR ST PATRICK………… 1
BIRŻEBBUĠA ST PETER’S….. 0
Zabbar SP għelbu lil Birzebbuga SP bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex filwaqt li huma kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun, ikkastigaw lil Birżebbuġa għat-tieni telfa konsekuttiva.
Kienu Birzebbuga li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Shaun Dimech li ġie mdwwar f’corner mill-goalkeeper, Patrik Mohorovic.
Zabbar wieġbu fit-28 minuta meta Jurgen Pisani għadda lejn Mario Fontanella iżda x-xutt angolat tiegħu mix-xellug ġie newtralizzat mill-goalkeeper, Mattia Chiesa.
Żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Joao Mafra ttanta xortih għal Zabbar direttament minn corner iżda l-ballun intemm ftit barra.
Fl-54 minuta, Gabriel Costa għal Birżebbuġa kellu xutt b’saħħtu mil-lemin imblukkat minn Mohorovic u inqas minn minuta wara, Mario Fontanella resaq qrib għal Zabbar b’xutt sabiħ li ntemm ftit għoli.
Fit-58 minuta, free-kick mil-lemin tal-aħjar player tal-partita, Joao Mafra, għal Zabbar, falla l-mira.
Mas-siegħa logħob, iż- Żabbarin fetħu l-iskor liema goal kellu jkun tar-rebħa. Nicolas Lancioni xeħet cross mil-lemin u s-sostitut ZEAN LEONARDI mill-viċin għeleb għal kollox lil Chiesa.
Erba’ minuti wara, Zabbar kważi rduppjaw iżda Charles M’Mombwa ma rnexxilux jagħmel kuntatt mal-ballun minn pass invitanti ieħor ta’ Lancioni.
Fis-78 minuta, Birżebbuġa fallew ċans tad-deheb li jiksbu d-draw meta Alex Bruno De Souza Silva kellu x-xutt devjat mal-mimduda minn Karlo Brucic, biż-Żabbarin jeħilsuha ħafif.
Iżda huma qalgħu daqqa ta’ ħarta mad-90 minuta meta spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Jackson Mendoza permezz ta’ karta ħamra diretta wara daħla kerha fuq il-player ta’ Zabbar, Liam Micallef.
Zabbar SP: Patrik Mohorovic, Francisco Nicolas Lancioni (Kaiden Fenech 94), Charles M’Mombwa (Pah Gouhon 79), Joao Henrique Camargo, Jake Micallef, Jurgen Pisani, Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Karlo Brucic, Andre Moriceau (Adnan Basic 46), Mario Fontanella (Liam Micallef 79) – Coach: Gilbert Agius
Birżebbuġa SP: Mattia Chiesa, Gustavo Felipe De Campos, Zachary Cassar (Jacob Walker 79), Shaun Dimech (Zachary Scerri 90), Yuri De Jesus Messias (Stipe Tokic 67), Gabriel Costa Goncalves (Pietro Tomaselli 67), Kurt Bondin, Joan Andres Bolanos Ramirez, Alex Bruno De Souza Silva, Luis Carlos Riascos (Rasmus Pedersen 66), Jackson Mendoza – Coach: Edgar Degabriele
Referee: Emanuel Grech
assistenti: Mitchell Scerri, Jareth Grima
Raba’ Uff.: Ezekiel Barbara
Skorers: Z. Leonardi 60 (Z)
Tkeċċa: J. Mendoza 90 (BSP)
Ammoniti: L. C. Riascos, A. Bruno De Souza Silva, J. Mendoza (BSP)
Player tal-Logħba: Joao Mafra (Zabbar SP)




