Sunday, August 23, 2026
Home Sport Pass kbir minn Birżebbuġa għar-rebħ tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Pass kbir minn Birżebbuġa għar-rebħ tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

0
48
Ritratt: Mark Mangion

BIRŻEBBUĠA………………..22

MARSAXLOKK MFF………. 15

(7-3, 4-2, 4-6, 7-4)

Birzebbuġa jinsabu qrib ir-rebħ tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta għelbu lill-ġirien Marsaxlokk bl-iskor konvinċenti ta’ 22-15.

Huma jiġu inkurunati champions jekk nhar l-Erbgħa li ġej jerġgħu jegħlbu lil Marsaxlokk.

Birżebbuġa rebħu l-ewwel, it-tieni u r-raba’ sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 7-3, 4-2 u 7-4, b’Marsaxlokk joħorgu rebbieħa fit-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 6-4.

Għal Birżrebbuġa, l-aqwa skorer kien is-solitu Marko Radulovic li skorja xejn inqas minn tmien goals, filwaqt li għal Marsaxlokk spikka ferm il-player Borg Tabone, li rreġistra seba’ goals fuq ismu.

Birżebbuġa: M. Sladden, N. Bugelli (3), M. Manara, J. Abdilla, J. Ciantar (3), B. Grech, M. Radulovic (8), A. Aquilina, D. Farrugia, M. Cutajar, M. Aquilina (5), M. Curmi (1), S. Livori, L. Axisa, R. Bugelli (2)

Marsaxlokk: M. Farrugia, Z. Cutajar Licari, N. Bogdanovic (4), N. Spiteri, A. Buhagiar, K. Dowling, S. Mifsud (1), J. Pawley, B. Lewis (2), J. Borg Tabone (7), J. Cauchi, E. Mallia, A. Micallef, Z. Schranz, B. Schranz (1)

Referees: Ronnie Spiteri, Alex de Raffaele

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here