Diversi ġurnali Ingliżi tkellmu dwar is-sitwazzjoni tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Taljan Sandro Tonali li ġie akkużat li lagħab imħatri tal-futbol fuq siti elettroniċi illegali.
L-istess ġurnali qed jgħidu li Newcastle United jistgħu jfittxu lil AC Milan dwar din is-sitwazzjoni speċjalment jekk id-diriġenti Rossoneri kienu jafu bis-sitwazzjoni jew inkella l-vizzju tal-logħob li għandu l-istess Tonali.
F’dan ir-rigward, Newcastle se jqabbdu l-avukati tagħhom sabiex jindagaw sew il-każ aktar u aktar għax Tonali swielhom borża flus mhux ħażin!
L-indikazzjonijiet hu li anke Tonali jiġi sospiż 12-il xahar bħal Nicolo Fagioli ta’ Juventus.