Saturday, May 4, 2024

Newrokirurgu li ta ħajja ġdida lil tewmin imut kaġun ta’ kumplikazzjonijiet bil-coronavirus

Aqra wkoll

Se jibqa’ magħruf l-aktar għall-operazzjoni fuq it-tewmin McDonald fl-2016

Il-komunità medika dinjija qed tibki l-mewt ta’ Dr James T. Goodrich, newrokirurgu rinomat li kien ta ħajja ġdida lil tewmin sijamiżi li kienu magħqudin minn rashom.

Goodrich, li kellu 73 sena, miet ilbieraħ kaġun ta’ kumplikazzjonijiet li rriżultaw mill-infezzjoni tal-virus Vovid-19.

Erba’ snin ilu huwa kien issepara lit-tewmin Jadon u Anais McDonald, bl-operazzjoni delikata ssir f’The Children’s Hospital fiċ-Ċentru Mediku ta’ Montefore fi New York. L-operazzjoni kienet damet għaddejja għal xejn in qas minn 27 siegħa.

Erba’ snin ilu Goodrich kien issepara lit-tewmin Jadon u Anais McDonald f’operazzjoni twila 27 siegħa

L-isptar iddeskriva lil Goodrich bħala raġel umli li kellu tassew għal qalbu l-pazjenti tiegħu u li qatt ma fittex il-popolarità.

Saħansitra l-isptar jirreferi għall-ħelu li kien isajjar biex iqassam għall-infermiera tal-isptar.

Huwa se jibqa’ l-aktar imfakkar għall-operazzjoni li għamel fuq it-tewmin McDonald, li kienu mgħaqqdin minn moħħhom minn sezzjoni li kienet tvarja bejn ħamsa u seba’ ċentimetri.

Sport