Wednesday, March 19, 2025

Ngħiduha kif inhi

Il-PN – Partit Fallut

Aqra wkoll

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar joħroġ biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista huwa partit fallut. Partit fallut għal diversi raġunijiet. Minn falliment finanzjarju sa falliment fil-ħsieb. Kienu diversi l-okkażjonijiet li fihom ħareġ kif il-PN spiċċa partit li għandu jagħti ammonti kbar ta’ flejjes, li bosta qed iqisu li hija sitwazzjoni li mhix sostenibbli. Ammonti ta’ miljuni ta’ Euro li għandu xi jħallas il-PN li evidentement, kull min jidħol għat-tmexxija tiegħu jaf li ħemm din il-mażżra kbira li jrid jerfa’ u forsi jara kif jindirizzaha. 

Falliment finanzjarju

Il-PN fl-aħħar snin naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Naqas sena wara l-oħra milli jippreżenta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif tirrikjedi l-liġi li l-PN meta kien fil-gvern ma daħħalx fis-seħħ. Bla ebda misthija ta’ xejn, il-PN jipprova jwaħħal f’kulħadd barra fih innifsu għalfejn mħux qed jippubblika l-kontijiet tiegħu kif titlob il-liġi. 

Issa tajjeb li wieħed ifakkar li l-PN, li jinsab f’qagħda finanzjarja kritika ħafna, saħansitra sab mod kif jipprova jdur mal-liġi biex jipprova jfejjaq il-ferita finanzjarja tiegħu. Kienu ħarġu bl-iskema taċ-ċedoli. Ċedoli ta’ self li ħadd ma jaf jekk dan is-self tħallasx jew hux qed jitħallas, jew kienx taparsi self li jispiċċa f’donazzjoni. Min kienu dawn li ffinanzjaw ħadd ma jaf, kemm kienu l-ammonti inqas u fl-istess ħin jibqgħu lura milli jimxu mal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. 

Imma min ikun qiegħed f’qagħda finanzjarja kritika jibda jagħmel affarijiet li jkunu bla spjega raġjonevoli. Jibda jara kif se jwassal minn ġurnata għal oħra. Ikun kreattiv kif  se jzomm l-organizazzjoni tiegħu tibqa’ għaddejja. Taffettwa l-mod kif jaħseb u jiddeċiedi. 

Falliment fl-aġir 

Imma huwa ċar li l-falliment tal-PN m’huwiex biss wieħed finanzjarju. Huwa falliment fl-aġir u fl-attitudni. Min ħu fallut jimxi bil-mod kif qed jimxi l-PN fil-konfront tal-istituzzjonijet. Rajna lil PN jattakka lill-iSpeaker għax ma jaqbilx mar-rulings tiegħu. Il-kliem tal-kap de facto Karol Aquilina għadu jidwi f’widnejn kulħadd. Kulħadd jaf eżatt kif dan tkellem fil-konfront tal-iSpeaker. Kulħadd jaf li l-kap taparsi Bernard Grecħ ma qal xejn biex iċanfar lil Karol Aquilina. Mħux ħekk biss, imma l-PN flok iddefenda lill-iSpeaker, għazel li jattakka lill-iSpeaker bi stqarrija. 

Issa aqwa għaliex meta l-PN kellu l-opportunità fil-Parlament jipparteċipa f’dibattitu li jiddiskuti l-attakk fuq l-iSpeaker, minflok qalu li kellhom x’jgħidu dawn għazlu li jitilqu ‘l barra u jaħarbu milli jerfgħu r-responsabiltà tagħħom. Telqu ‘l barra għax falluti fl-aġir u fil-ħsieb. 

Kien ħemm min fost il-membri tal-Oppozizzjoni li esprimew kliem ta’ solidarjetà fil-konfront tal-iSpeaker imma meta ġew għas-si u n-no kif jgħidu, dawn għażlu li jaħarbu u ma jitkellmu xejn. Kellħom l-opportunità li jkunu parti mill-messaġġ li l-Kamra għandħa tgħaddi favur l-iSpeaker imma għazlu mod ieħor. 

In-nies dan kollu qed jinnutawh. Qed jgħarrfu li min ma jkollux argumenti jimxi u jaġixxi b’dan il-mod. Aktar minn qatt qabel qed joħroġ ċar li dawn in-nies jew tgħaddi tagħħom jew iħassru. Għalħekk falluti fl-aġir u fl-attitudni. 

Falliment fl-ideat

Hija ħasra li l-PN minkejja li ilu 12-il sena fl-Oppożizzjoni ma nbidel assolutament xejn. Għadu partit bl-istess ideat u ħsieb politiku li kellħom fi żmien GonziPN. Għadħom bl-istess ideat politiċi li tawna kriżi ekonomika, staġnar fil-ħolqien tal-impjiegi, ideat li wasslu lill-familji jerfgħu piżijiet dejjem jikbru, fi kliem ieħor ma nbidlu xejn. 

Issa biex żġur jissiġillaw u jikkonfermaw kemm dawn ma inbidlu xejn, bil-fatti sejrin lura għal żmien ĠonziPN. Kellħom tlieta min-nies li wrew interess biex jikkontestaw għal Segretarju Ġenerali tal-PN. Raw kif għamlu u eliminaw tnejn minnhom biex il-PN għażel li jikkontesta waħdu l-persuna l-aktar qrib tal-ex-PM Lawrence Gonzi. Cħarles Bonello li serva bħala assistant personali tal-ex PM Gonzi intgħażel bħala Segretarju Ġenerali mingħajr ebda kuntest. 

Ċara li l-PN ma nbidel xejn. Għadu l-istess PN li jrid jibqa’ jivvota bil-qalb favur kontijiet għolja tad-dawl u l-ilma. Irid jibqa’ l-PN li jaħseb li għandu d-dritt tas-saltna u mħux li jemmen fis-saltna tad-dritt. Ċara li l-PN huwa fallut fl-ideat għax ma inbidel xejn u ma ġġedded xejn. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport