Nicole Spiteri tibda l-vjaġġ tagħha għal Miss World 2026

Aqra wkoll

Miss World Malta Nicole Spiteri se tibda l-vjaġġ tagħha u se tingħaqad mal-pareċipanti kollha li se jieħdu sehem f’Miss World 2026 din is-sena li ser ssir fil-5 ta’ Settembru fil-Vietnam, fejn se jiġi ċċelebrat t-73 anniversarju minn kemm ilu jiġi organizzat dan l-akbar konkors tas-sbuħija, fejn mistennija jsiru diversi ċelebrazzjonijiet għal din l-okkażjoni.

Il-preparamenti bdew mal-ewwel meta Nicole Spiteri ġiet dikjarata bħala r-rebbieħa ta’ dan it-titlu ta’ Miss World Malta f’Ġunju 2024, ġewwa Forti Sant’Iermu.

Nicole ħadet sehem f’diversi photoshoots fejn ukoll kien hemm diskussjonijiet dwar il-preżentazzjoni tagħha fil-finali ta’ Miss World. 

Waqt il-vjaġġ tagħha Nicole mistennija tattendi diversi serati mill- isbaħ fosthom ‘Charity event’ fejn se jingħaqdu l-140 finalista għall- akbar attivitá fejn isir irkant b’diversi oġġetti ta’ valur biex jinġabru flus għall-‘Beauty with a Purpose project’ li jsir kull sena mill-parteċipanti kollha.

Se jintwerew diversi positijiet mill-isbaħ madwar il-Vietnam, fejn aktar tard se jittieħdu filmati ikkombinati mal-istess attivitá. 

Is-serata finali se tintwera fuq l-istazzjon ONE fil-5 ta’ Settembru.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport