Wednesday, July 24, 2024

“Nikkonferma li dawn iż-żidiet huma intiżi għal kull għalliem/għalliema”

- Il-Ministru Clifton Grima dwar l-għalliema

Aqra wkoll

“Nikkonferma li kull kelma illi għedt ilbieraħ hija fattwali. Jien meta semmejt il-fatt illi qed ngħid li edukatur fl-2016 kellu paga, illum -il ġurnata għandu oħra. B’dak li qiegħed jiġi mqiegħed fuq il-mejda għandu jkollu paga u pakkett finanzjarju b’total ta’ €36,000”

Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, waqt li kien qed jiġi intervistat waqt programm tar-radju ppreżentat mill-Professur Andrew Azzopardi.

Il-Ministru Grima kompla jgħid li kellmuh xi edukaturi li b’mod ġenwin jinsabu inkwetati. Ikkonferma li dawn iż-żidet huma intiżi għal kulħadd u li kulħadd se jkun qiegħed jieħu ż-żieda.

Qal ukoll li meta tkellem mal-midja fejn il-Ministeru, kien wassal messaġġ ċar. Qal li jinsab ċert minn dak li qal u li għandu d-dokumenti kollha jinsabu għandu.

Ekonomija

Sport