Thursday, July 16, 2026
Home Internazzjonali Nirien jaħkmu orfanatrofju fl-Alġerija… imutu 11-il tifel u tifla

Nirien jaħkmu orfanatrofju fl-Alġerija… imutu 11-il tifel u tifla

0
1

Mill-inqas 11-il tifel u tifla spiċċaw tilftu ħajjithom filwaqt li 19 oħrajn kellhom jiddaħlu l-isptar wara li nirien qawwija ħakmu orfanatrofju fl-Alġerija

At least 11 children have died while 19 other people were injured in a blaze that broke out at a children’s care home in Algeria.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30am (ħin lokali) fl-orfanatrofju li jinsab fid-distrett ta’ Mohammadia fil-kapitali tal-pajjiż.

L-awtoritajiet qalu li 11-il persuna ġew ikkonfermati mejtin u kollha kienu tfal. Uħud mill-oħrajn qegħdin isofru minn ħruq sever.

Il-President tal-Alġerija Abdelmadjid Tebboune fi stqarrija qal li “ħafna tfal tilfu ħajjithom minħabba n-nirien.” L-istqarrija tgħid li mill-inqas ħamest itfal li għandhom diżabbilità ġew salvati, iżda qegħdin jingħataw il-kura fl-isptar.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here