Thursday, July 16, 2026
Home Sport Rabat Ajax jaħtru lil Jesmond Zammit bħala kowċ

Rabat Ajax jaħtru lil Jesmond Zammit bħala kowċ

0
1

Rabat Ajax ħatru lil Jesmond Zammit bħala l-kowċ l-ġdid tagħhom bi ftehim ta’ tliet snin.

Jesmond iġib miegħu esperjenza estensiva, tmexxija b’saħħitha u mentalità rebbieħa, li jagħmluh il-persuna ideali biex imexxi l-proġett ambizzjuż ta’ Rabat imsejjes fuq tliet snin hekk kif qed jaħdmu biex jerġgħu jġibu l-klabb ta’ Rabat Ajax fejn jixraqlu.

Il-ħatra tiegħu tirrappreżenta pass ieħor importanti fil-viżjoni fit-tul ta’ Rabat, mibnija fuq il-professjonaliżmu, l-istabbiltà, l-ambizzjoni u t-tkabbir sostenibbli.

Fi stqarrija, Rabat, qalu li flimkien, jinsabu impenjati li jibnu klabb li l-plejers, il-partitarji, l-isponsors u l-komunità tagħhom jistgħu jerġgħu jkunu kburin bih.

F’isem il-President, il-Kumitat, il-plejers, il-membri u l-partitarji, Rabat Ajax, laqgħu lil Jesmond fil-familja tagħhom u awgurawlu kull suċċess f’dan il-kapitlu ġdid u eċċitanti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here