“Huwa veru li wieħed jibda jħokk rasu u jistaqsi ħafna mistoqsijiet meta jara dawn ir-ritratti imma kummenti omofobiċi u li jwaqqgħu d-dinjità ta’ ħaddieħor xorta mhumiex aċċettabbli!” Din kienet ir-reazzjoni ta’ persuna li għamlet kuntatt ma’ talk.mt wara li aktar kmieni bdew jiċċirkolaw ritratti ta’ karozza li nstaqet għal fuq struttura forma ta’ ballun li l-ħsieb warajha hu li żżejjen l-istess triq.
Il-persuna kompliet biex tgħidilna li li ssib min jgħajjar bl-aktar mod arroganti “immankat” mingħajr lanqas biss ikun jaf jekk il-persuna involuta fl-inċident sofrietx minn xi kumplikazzjonijiet b’kawża naturali li ma kellhiex kontroll fuqha hija totalment diżgustanti u ta’ min jikkunadnnaha.
Fl-istess waqt hija qalet magħna li r-ritratti ppubblikati juru kemm hemm bżonn ta’ iktar ħsieb meta jiġu biex jinħarġu permessi għal imwejjed fuq barra għax ftit bogħod kien hemm mejda li fuqha seta’ kien hemm in-nies u l-karozza setgħet spiċċat għal fuqhom.
Jidher li fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.