Saturday, May 18, 2024

“Nirringrazzja lil Alla għaliex naf li setgħet tiġini agħar”

Il-kuntistabbli li safa mtajjar waqt insegwiment fil-Marsa

Aqra wkoll

Aħbar tajba hekk kif il-kuntistabbli li kien off duty u spiċċa mtajjar nhar l-Erbgħa li għadda, ħalla post fuq il-midja soċjali fejn kiteb li issa jinsab ħafna aħjar. 

Manuel Decelis irringrazzja lil kull min xtaqlu fejqan ta’ malajr f’dawn il-mumenti diffiċli li sab ruħu fihom innoċentament. Huwa kiteb li apprezza l-kummenti kollha li rċieva matul dawn il-jiem. Decelis kiteb li jħossu kburi li jagħmel parti mill-korp tal-pulizija sabiex ikun jista’ jgħin u jaqdi dmiru bl-aħjar mod possibbli. 

Huwa rringrazzja wkoll lit-tim mediku li għamlu ħilithom kollha sabiex jassisstuh u ma jkunx hemm kumplikazzjoniijiet sakemm dam l-isptar. Huwa għalaq il-post tiegħu li għalkemm jinsab ftit muġugħ, issa jinsab ħafna aħjar. 

Dan il-każ ġara wara li l-Erbgħa li għadda, pulizija off-duty ittieħed l-isptar b’urġenza wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq tat-Tromba kantuniera ma’ Triq is-Salib tal-Marsa fil-Marsa.

Il-pulizija off-duty spiċċa mtajjar minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Belt Valletta. Il-Pulizija kellha anke tispara xi tiri oħrajn sakemm ir-raġel li eventwalment kien arrestat ġie miżmum minnha.

Sport