Friday, May 17, 2024

Nisa: Birkirkara jirbħu l-Assikura Super Cup għas-seba’ darba

Aqra wkoll

Birkirkara…………..2

Swieqi United……..1

Birkirkara rebħu l-Assikura Super Cup tan-nisa għas-seba’ darba fl-istorja meta fil-finali tant mistennija għelbu lil Swieqi United bl-iskor ta’ 2-1.

Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu wara biss ħames minuti meta Veronique Mifsud kellha t-tentattiv tagħha permezz ta’ daqqa ta’ ras jintemm ftit barra.

Swieqi wieġbu fis-27 minuta u fetħu l-iskor permezz ta’ SAMALAMTU ABDULAI li minn tarf il-kaxxa venvnet xutt b’saħħtu li ma tat l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Istripes, Janice Xuereb.

Madankollu, Swieqi bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li Birkirakara ma ġabux l-iskor indaqs żewġ minuti biss wara, meta ARIANNA DEL MORAL avvanzat tajjeb fil-kaxxa u permezz ta’ xutt fil-baxx għelbet lill-goalkeeper ta’ Swieqi United, Araujo.

Swieqi rrisipondew fis-36 minuta permezz ta’ cross-shot ta’ Shona Zanmit li iżda ġie newtralizzat minn Janice Xuereb.

Mill-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħra tal-pitch minuta biss wara, xutt ta’ Veronique Mifsud għall-Karkariżi għadda ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara, ħarġu ferm aggressivi u wara biss ftit sekondi is-sostituta Sara Saliba kellha xutt sabiħ minn pożizzjoni ideali li ġie salvat tajjeb minn Araujo.

Birkirkara skorjaw il-goal tar-rebħa fis-57 minuta permezz ta’ ARIANNA DEL MORAL li wara li kellha l-ewwel xutt tagħha minn difensur avversarju, mir-rebound, hi tefgħet ġewwa, biex b’hekk irreġistrat doppjetta personali.

Fis-76 minuta, Swieqi United kienu sfortunati li ma ġabux l-iskor indaqs meta Dorianne Theuma kellha freekick insidjuż li stampa mal-wieqfa.

Birkirkikara komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Wara l-partita, il-captain ta’ Birkirkara, Stephania Farrugia, ġiet ippreżentata bis-Super Cup, fost il-ferħ u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-players u d-diriġenti ta’ Birkirkara.

Birkirkara: 1-Janice Xuereb, 3-Ann-Marie Said, 5-Stephania Farrugia, 7-Francesca Chircop (80-Sara Saliba 45) (17-Amelia Vassallo 93), 9-Alishia Sultana, 13-Raina Giusti (18-Charlene Zammit 83), 14-Veronique Mifsud (2-Gabriella Zahra 89 min), 19-Marta Grosso, 20-Arianna Del Moral, 26-Caitlin Rogers, 27-Valentina Rapa Coach: José Borg

Swieqi United : 1-Patricia Araujo, 5-Jessica Dimech, 6-Dorianne Theuma, 7-Mariah Sciberras (11-Karima Abdulai 64), 9-Emma Xuereb, 10-Salamatu Abdulai, 14-Shona Zammit, 15-Rafanny, 17-Jade Schembri, 18-Tammy Falzon, 22-Kaysia Micallef Coach: Saviour Darmanin

Referee: Luca Formosa

Ass. Referees: Stefania Bonnici, Sillah Alhasana

Raba’ Uffiċjal: Luca Grech

Skorers: S. Abdulai 27 (S), A. Del Moral 29, 57 (B)

Sport