Il-coach nazzjonali tan-Nisa, Manuela Tesse, sejħet skwadra proviżorja ta’ 27 plejer għaż-żewġ konfronti kontra Andorra. Dan id-double header huwa validu għall-UEFA Women Nations League C Grupp 1. Malta għandha tiffaċċja l-ewwel lill-Andorra f’partita ġewwa darna nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru, fit-8.00pm fis-Centenary Stadium u għal darb’oħra nhar it-Tlieta 31 f’partita barra minn darna fl-Estadi Comunal d’Andorra La Vella, (kick-off 7.00pm).
Malta huma l-leaders tal-grupp, wara li rebħu kemm kontra l-Latvja kif ukoll kontra l-Moldova fl-ewwel żewġ logħbiet li ntlagħbu f’Settembru li għadda. Min-naħa l-oħra, Andorra rebħu kontra l-Moldova u tilfu l-logħba tagħhom f’darhom kontra l-Latvja.
It-tim se jibda jitħarreġ flimkien minn nhar il-Ħadd li ġej. Ta’ min jinnota l-inklużjoni tal-player ta’ esperjenza Dorianne Theuma, li tilfet l-ewwel żewġ logħbiet minħabba injury.
Skwadra Proviżorja:
Goalkeepers: Giulia D’Antuono (Mgarr United), Patricia Ebejer (Mgarr United), Janice Xuereb (Birkirkara)
Difensuri: Rebecca Bajada (Mġarr United), Amy Busuttil (Hibernians), Mariah Cardona (Birkirkara), jessica Lee Dimech (Swieqi United), Stephania Farrugia (Birkirkara), Emma Lipman (FC Como Women – ITA), Georgiana Mifsud (Valletta), Valentina Rapa (Birkirkara), Ann Marie Said (Birkirkara), Emma Xuereb (Swieqi United), Charlene Zammit (Birkirkara)
Midfielders: Brenda Borg (Mgarr United), Rachel Cuschieri (UC Sampdoria Women – ITA), Veronique Mifsud (Birkirkara), Nicole Sciberras (Hibernians), Dorianne Theuma (Swieqi United), Shona Zammit (Swieqi United),
Attakkanti: Leah Alice Ayres (Hibernians), Haley Bugeja (Inter Women – ITA), Ylenia Carabott (London Seaward FC – ING), Yulya Carella (Mgarr United), Maria Farrugia (Lewes LFC – ENG), Alishia Sultana (Birkirkara) . Kailey Willis (As Meran Women – ITA),