Friday, February 7, 2025

Nispera li dan ir-riżultat jgħini nsib l-għajnuna, kemm mix-xogħol kif ukoll minn sponsors, biex inkun nista’ nikber fil-logħba u nkompli nikseb riżultati pożittivi – Brian Cini

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Fil-jiem li għaddew, il-player tas-snooker ewlieni Malti Brian Cini ħa sehem b’suċċess fil-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Amateurs fejn kien biss fil-finali li tilef kontra ż-żagħżugħ Ċiniż, Yang Gao, 5-3. 

Brian Cini bħala finalist u runner-up issa huwa intitulat li jipparteċipa flimkien ma’ numru ta’ plejers oħra waqt il-kwalifikazzjoni għal Kampjonat tad-Dinja ta’ din is-sena li ser isir Sheffield, l-Ingilterra f’April li ġej.

Dan is-sit tkellem ma’ Cini nnifsu fejn tana iktar dettalji. Fi kliemu:

“Il-preparazzjoni għal dan il-kampjonat ma kinitx waħda faċli. Wara tmien sigħat xogħol kuljum u l-ħin mal-familja, saret sfida biex insib ħin għat-taħriġ. Madankollu, il-ftit ħin li rnexxieli nsib għat-taħriġ għamiltu fl-Akkademja tas-Snooker fil-Ħamrun.

Nispera li dan ir-riżultat jgħinni nsib l-għajnuna, kemm mix-xogħol kif ukoll minn sponsors, biex inkun nista’ nikber fil-logħba u nkompli niksib riżultati pożittivi.

Is-Semi-finali tal-Ewropa f’Marzu li għadda għenietni nemmen li nista’ nikseb riżultati tajbin f’dawn il-kampjonati. Nemmen li l-akkademja qed tgħinni ntejjeb il-prestazzjoni tiegħi, dan ghaliex l-imwejjed huma bħal dawk li jintużaw meta nilagħbu barra.

F’Marzu li ġej, se nkun qed nieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew li se jsir fit-Turkija, fejn ir-rebbieħ jiġi promoss għal-livell professjonali. Barra minn hekk, minħabba li wasalt sal-finali tal-Kampjonat tad-Dinja tal-amateurs ftit tal-jiem ilu, f’April ġejt mistieden biex nipparteċipa fl-akbar kamjonat tas-snooker – il-Kampjonat Dinji li jsir f’Sheffield, l-Ingilterra.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport