Thursday, April 18, 2024

“Nisperaw li ngħaddu u min jaf… nerbħu”

Illejla jkunu magħrufa l-aħħar 10 kanzunetti li se jagħmluha għall-finali

Aqra wkoll

Waslet il-ġurnata tant mistennija għal dawk kollha li qegħdin isegwu l-artista Maltija fil-vjaġġ tagħhom tal-Eurovision 2022. Intant ilbieraħ il-kantanta bdiet tiġbor l-ewwel punti mill-ġurija esperta li kantat quddiemha. F’waħda mill-aħħar provi tagħha kmieni waranofsinhar, ma kien hemm ebda kambjament fl-ilbies t’Emma u għalkemm kien hemm tifħir għall-prestazzjoni tagħha, il-punti li rnexxielha tikseb ikunu mħabbrin b’mod kollettiv flimkien ma’ dawk li se tingħata llejla.

F’messaġġ qabel il-wirja tagħha tal-bieraħ il-kantanta Maltija rringrazzjat lil dawk kollha li qegħdin isegwu l-vjaġġ tagħha. Hija kienet tidher ottimista mmens hekk kif kompliet biex tgħid “Nisperaw li ngħaddu u min jaf… nerbħu”.

Illejla f’Turin se tittella’ t-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest 2022 li se tiddetermina min se jkunu l-aħħar għaxar kanzunetti li se jiksbu posthom fil-finali tas-Sibt li ġej. Il-kantanta Maltija Emma Muscat se tkanta il-kanzunetta ‘I Am What I Am’ fis-sitt post.

Fis-semifinali tal-lejla se jkunu qegħdin ikantaw dawn il-pajjiż skont din l-ordni:

Ekonomija

Sport