Wednesday, July 24, 2024

Nitolbu biex fil-presidenza tiegħek tippromwovi spirtu ta’ kollaborazzjoni, lealtà u armonija fostna – L-Arċisqof

Aqra wkoll

Waqt l-omelija fil-Konċelebrazzjoni Solenni li saret aktar kmieni llum fil-Kon Katridal ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna qal li “fl-Fl-Innu Malti aħna nitolbu l-barkiet tad-dehen, tal-ħniena u tas-saħħa. Għażiża President, il-Mulej iżejnek dejjem b’dawn id-doni.”

L-Arċisqof awgura lill-President-Elett biex ikollha id-dehen neċessarju biex tkun tista’ tesprimi f’ċirkustanza l-prinċipji bażiċi tal-Kostituzzjoni, il-ħtieġa kontinwa tad-djalogu rispettuż, il-ħelsien minn kull ħjiel ta’ suspett ta’ korruzzjoni u klijenteliżmu, is-saltna tad-dritt, il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ta’ kull ħlejqa umana u d-difiża tal-ambjent naturali.

Hu kompla jippriedka billi sostna li jalla l-President il-ħdid tkun tkun imżejna bid-don tal-ħniena li kibret fik b’sens qawwi ta’ ġustizzja soċjali. Ħa tkun il-ħarsa tiegħek wens għall-imnikket, il-kelma tiegħek dawl għal min hu mifxul, l-eżempju tiegħek xprun għal dawk kollha li jaqdu fis-skiet u fl-għotja ġeneruża lil ħutna li jeħtieġu l-kompassjoni, is-solidarjetà u l-għajnuna konkreta tagħna.

Ekonomija

Sport