Sunday, December 22, 2024

“Nixtieq li l-gvern jalloka mqar €200 miljun għall-proposta tiegħi… Il-PN għandu bżonni”

Aqra wkoll

Fost l-eluf ta’ persuni li lbieraħ inġabru fil-Belt Valletta biex jagħtu s-sapport tagħhom lill-Prim Ministru Robert Abela kien hemm Żaren tal-Ajkla.

F’kumment lil Talk.mt qalilna li hu attenda għax li għamel hu m’għamlu ħadd u għax hu jirrispetta u jħobb lil kulħadd.

B’rabta mar-reazzjonijiet għal ritratti u filmati tiegħu jiċċelebra mal-partitarji Laburisti, Żaren qalilna li hu jħoss li la l-poplu rebaħ hu għandu dritt jiċċelebra mal-poplu u li kieku kien il-Partit Nazzjonalista li rebaħ il-gvern kien jagħmel l-istess.

Huwa sostna li l-gvern għandu jkun għal kulħadd u għall-ġid ta’ kulħadd. Żaren determinat li jgħid lill-gvern Laburista biex jagħmel “budget ta’ imqar €200 miljun f’Ottubru li ġej”, biex dawk li għandhom difetti jkunu jistgħu jħossuhom aħjar.

Mistoqsi dwar il-problema fil-Partit Nazzjonalista, huwa qalilna li jaħseb li huma għandhom bżonn lilu biex jirkupraw il-voti. Żaren tenna jgħid li fl-aħħar ġimgħat meta mistoqsi dwar jekk huwiex jemmen is-surveys, wieġeb li iva għax kif fil-fatt ġara, is-surveys ikkummissjonati minn L-ORIZZONT u IT-TORĊA kienu għal darba oħra korretti.

Ekonomija

Sport