Tuesday, April 30, 2024

17-il kandidat ma jerġgħux jiġu eletti fil-Parlament… baqa’ biss sitt kandidati mis-17 Blue Heroes

Aqra wkoll

Din l-elezzjoni ġenerali wasslet biex xejn inqas minn 17-il kandidat ma reġgħux ġew eletti fil-Parlament. Filfatt jirriżulta li kien hemm tmien kandidati minn naħa tal-Gvern li ma reġgħux ġew eletti u disa’ minn naħa tal-Oppożizzjoni.

Il-kandidati Laburisti li ma reġgħux ġew eletti  fil-Parlament huma: Evarist Bartolo, Rosianne Cutajar, Jose Herrera, Jean Claude Micallef, Oliver Scicuna, Joe Mizzi, Glenn Bedingfield u Anthony Agius Decelis. 

Jekk nieħdu l-Partit Nazzjonalista naraw li ma ġewx eletti Jason Azzopardi, Karol Azzopardi, Claudette Buttiġieġ, Kevin Cutajar, Maria Deguara, Joseph Ellis, Karl Gouder, Carmelo Mifsud Bonniċi u Edwin Vassalo. 

Ħamsa mid-disa’ li ma reġgħux ġew eletti fil-Parlament, kienu jiffurmaw parti mill-grupp Nazzjonalista li kien issejjaħ 17 Blue Heroes u li dawk kienu wasslu biex tneħħa Adrian Delia minn Kap Nazzjonalista. Toni Bezzina għalkemm ma ġiex elett bil-votazzjoni, wara l-Kummissjoni Elettorali infurmat li Toni Bezzina  u Ian Vassallo  ġew  eletti biex jimtlew il-postijiet addizzjonali ta’ Membri tal-Kamra tad-Deputati skont il-proviso ta’ Artikolu 52 (1) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Dan ifisser li minn dak li kienu ssejħu 17 Blue Heroes fil-Parlament baqa’ biss sitta minnhom fil-Parlament. Dan għax ħamsa ma ġewx eletti, waqt li Therese Comodini Cachia, Marthese Portelli u Claudio Grech ma reġgħu ikkontestaw.  Hemm imbagħad David Casa, Simon Busuttil u Roberto Metsola li mhumiex fil-Parlament Malti. 

Sport