Tuesday, April 30, 2024

Robert Abela jġib 21,690 vot minn żewġ distretti

Aqra wkoll

Mir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni ġenerali li saret nhar is-Sibt, irriżulta li l-Prim Ministru ġab 21,690 vot minn żewġ distretti. Jekk nieħdu it-tieni distrett elettorali naraw il-Prim Ministru Abela kiseb 11,690 vot, waqt li fuq il-Ħames Distrett elettorali, kiseb 9,996 vot. Ir-riżultat elettorali fil-Ħames Distrett meqjus importanti u dan minħabba li l-Partit Laburista reġa’ kiseb ir-raba’ siġġu Parlamentari.

Jekk wieħed iqabbel ir-riżultat tal-voti bejn Robert Abela u Bernard Grech naraw li Robert Abela ġab 6,441 aktar minn Bernard Grech.

Fuq il-ħames distrett, li fuqu ikkontestaw iż-żewġ mexxejja, Bernard Grech kiseb 5,799 vot. Dan ifisser 4,197 vot anqas mill-Prim Ministru Robert Abela.

Sport