Thursday, March 28, 2024

Norwich City jikkonfermaw il-ħatra ta’ Dean Smith bħala l-manager il-ġdid

Aqra wkoll

Norwich City ikkonfermaw il-ħatra ta’ Dean Smith bħala l-manager il-ġdid tagħhom.

L-Ingliż jingħaqad mal-club minn Carrow Road wara t-tkeċċija tiegħu minn Aston Villa il-ġimgħa li għaddiet u ffirma kuntratt ta’ sentejn u nofs mal-Canaries.

Norwich keċċew lil Daniel Farke bil-club jinsab f’qiegħ il-klassifika tal-Premier League, għalkemm it-tluq tal-Ġermaniż wasal wara li mexxa lit-team tiegħu għall-ewwel rebħa tal-istaġun il-ġdid kontra Brentford.

Waqt li tkellem mal-websajt uffiċjali ta’ Norwich City, Smith qal: “Kienu sebat ijiem movimentati, imma ninsab tassew kuntent li nisnab lura u naħdem għal Norwich City fil-Premier League.”

“Ovvjament, kien hemm xi xogħol mill-isbaħ li sar f’dan il-club tal-football f’dawn l-aħħar erba’ snin u nofs. Issa huwa x-xogħol tiegħi u ta’ Craig li nkomplu u ntejbu dak ix-xogħol bl-għan aħħari li nżommu postna fil-Premier League.”

“Norwich City huwa clbb kbir, b’numru kbir ta’ partitarji li qed jifhmu bis-sħiħ xi jfisser li tkun parti mill-klabb u l-komunità tiegħu.”

Ekonomija

Sport