Thursday, March 28, 2024

Tottenham Hotspur favoriti li jiffirmaw lil Dusan Vlahovic

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur jinsabu fil-pole position biex jiffirmaw lil Dusan Vlahovic mingħand Fiorentina.

L-internazzjonali Serb irrifjuta ċ-ċans li jestendi l-esperjenza tiegħu mal-Viola u huwa mistenni li jħallihom fis-sajf tal-2022.

Clubs bħal Arsenal u Manchester City ukoll jinsbau interessati fi Vlahovic, iżda Antonio Conte u Fabio Paratici huma meqjusa favorite li s-sena d-dieħla jakkwistaw lill-player ta’ 21 sena.

Tottenham jinsabu favoriti għall-firma ta’ Vlahovic, iżda l-club tas-Serie A għadu mhux lest li jħalli l-istilla tiegħu jitlaq bl-irħis.

Fiorentina huma maħsuba li qed jitolbu ħlas ta’ £70 miljun għal Vlahovic, li diġà skorja tmien goals fi 12-il logħba fis-Serie A dan l-istaġun.

L-ex player ta’ Partizan Belgrad lagħab id-90 minuta sħaħ hekk kif is-Serbja aċċertat il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022 b’rebħa ta’ 2-1 fuq il-Portugall nhar il-Ħadd.

Ekonomija

Sport