Wednesday, April 24, 2024

Olivier Giroud se jitlef il-konfront kontra Liverpool

Aqra wkoll

Liverpool ngħataw spinta għall-ewwel logħba taċ-Champions League dan ix-xahar, hekk kif l-attakkant ta’ AC Milan Olivier Giroud se jkun qed jitlef il-vjaġġ lejn Anfield wara li ttestja pożittiv għall-coronavirus.

L-ex attakkant ta’ Arsenal u Chelsea ngħaqad mal-club mis-Serie A dan is-sajf bi ftehim permanenti, wara disa’ snin jilgħab fil-Premier League.

Giroud kellu impatt immedjat mal-club il-ġdid tiegħu, hekk kif il-player ta’ 34 sena skorja doppjetta fir-rebħa ta’ 4-1 li AC Milan kisbu ġewwa darhom kontra Cagliari fl-ewwel ġurnata tal-istaġun il-ġdid.

Madankollu, il-player ta’ 34 sena issa jinsab iżolat wara li r-Rossoneri kkonfermaw li huwa ttestja pożittiv għal COVID-19, wara test li sarlu f’daru.

In-nuqqas potenzjali ta’ Giroud għall-vjaġġ ta’ Milan lejn Liverpool fil-15 ta’ Settembru jħallihom dgħajfa fl-għażliet fl-attakk, bi Zlatan Ibrahimovic ta’ 39 sena bħalissa qed jirkupra minn injury fl-irkoppa.

Il-coach Stefano Pioli jista’ jkun li jkollu jiddependi fuq Rafael Leao fl-attakk filwaqt li Ante Rebic u Brahim Diaz huma għażliet oħra għad-dispożizzjoni tiegħu.

Sport