L-attakkant veteran ta’ AC Milan Olivier Giroud mistenni jħalli l-Italja sabiex imur jilgħab fil-Major League Soccer Amerikana.
Il-possibbiltajiet li hu jmur jilgħab fl-Istati Uniti qed ikomplu jiżdiedu minħabba li jinsab attirat li jmur jilgħab f’kampjonat differenti mis-soltu.
Fil-fatt, timijiet minn New York u Los Angeles jinsabu ferm viċin li jakkwistaw is-servizzi tiegħu.
Milan qed jaħsbu sabiex iġibu sostitut għalih u fost l-oħrajn imsemmijin Santiago Gimenez ta’ Feyenoord, Jonathan David ta’ Lille u Viktor Gyokeres ta’ Sporting Lisbon.