Sunday, December 22, 2024

Omm Kylian Mbappe trid nofs is-salarju tiegħu

Aqra wkoll

Omm l-attakkant internazzjonali Franċiż ta’ Paris St-Germain, Kylian Mbappe, żvelat li trid nofs is-salarju li jaqla’ binha. 

Fayza Lamari, li għandha 49 sena u hija wkoll l-aġenta ta’ Kylian, irrabjat lil binha meta talbitu 50% tal-paga tiegħu li hija €50 miljun fis-sena. 

Lamari qalet li kellha tilwima ma’  binha fejn huwa kien sostna li qatt ma kien se jagħtiha nofs dak li jaqla’ minħabba li huwa xogħlu jagħmlu b’mod mill-aktar sublimi. 

“Jien niskorja l-goals u trid nofs dak li naqla’?” 

Hija weġbitu: “Iva, huwa veru. Jien konxja li għandek din il-paga minħabba li inti player tajjeb ħafna. Peró int taf ukoll li aħna  team u għaldaqstant nemmen li rrid nieħu s-sehem tiegħi. 

“Ma niddejjaqx naħdem 23 siegħa kuljum għalik imma l-unika ħaġa li nista’ nagħmel hija dak li nieħu gost … il-Fondazzjoni Mbappe li taħdem biex tgħin lit-tfal.”

Eventwalment, hija tagħtu ultimatum li trid 30% tas-salarju tiegħu inkella kienet titlaq lejn il-Maldives … u huwa kellu jaċċetta.

Il-kuntratt ta’ Mbappe mal-Pariġini jiskadi fi tmiem dan l-istaġun u qed ikun marbut ħafna ma’ ċaqliq ma’ Real Madrid u possibbilment Liverpool minkejja li dawn tal-aħħar ma jaffordjawx iħallsu l-pagi tiegħu. 

Sadanittant, rapporti fi Franza qed isostnu lil Paris St-Germain qed joffri lill-player ta’ 24 sena kuntratt ta’ £86 miljun fis-sena biex iżommuh fil-kapitali Franċiża.

Matul il-jiem li ġejjin huwa se jkollu laqgħat kruċjali mal-ammistrazzjoni tal-club li se jiddeċiedu l-futur tiegħu. 

Jekk dawn it-taħditiet ifallu, huwa jkun jista’ jitkellem ma’ clubs oħra. Minkejja li huwa ta indikazzjoni li jixtieq jaħdem taħt ir-responsabbiltá ta’ Jurgen Klopp, din hija biss ħolma minħabba li Liverpool normalment huma verament kawti dwar l-ispejjeż fis-suq tat-trasferiment.  

Mbappe, li ngħaqad ma’ PSG mingħand Monaco għal £163 miljun, skorja 238 goal u pprovda 102 assists f’285 logħba.

Ekonomija

Sport