Wednesday, January 29, 2025

Omm tirbaħ appell dwar l-aċċess ta’ binha lill-eks raġel

Aqra wkoll

Omm li kienet ikkundannata 23 ġimgħa ħabs minħabba li għal diversi drabi naqset li tagħti lill-eks raġel aċċess għal binhom, li llum għandu madwar 7 snin, rebħet l-appell u għalhekk mhux se tiskonta l-piena.

Imressqa quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, il-mara li għandha 36 sena kienet akkużata li għal diversi jiem naqset li tieħu lil binha biex iqatta’ ftit ħin ma’ missieru.

Fuq dawn l-akkużi, hija kien ikkundannata sabiex tiskonta sentenza ta’ 23 ġimgħa priġunerija. Dan wara li nstabet ħatja li naqset li tagħti aċċess lill-eks raġel. Madanakollu l-mara appellat mis-sentenza.

Min-naħa tagħha, l-Imħallef Edwina Grima rrimarkat li f’dan il-każ kien hemm żewġ verżjonijiet kunflinġenti quddiemha. Dan għaliex ir-raġel kien qal li bejn Ottubru 2021 u Ottubru 2023 omm ibnu qatt ma tatu aċċess għalih.

Min-naħa tagħha l-omm qalet li kien missier it-tifel stess li naqas milli jmur għal ibnu ħdejn l-għassa tal-Pulizija fejn kienu miftehmin waqt li allegat li kien jaħqar lil binhom u li kien ikun xurban.

L-Imħallef Grima semgħet ukoll uffiċjali tal-Appoġġ jgħidu kif minħabba allegazzjonijiet li l-ġenituri għamlu fil-konfront ta’ xulxin l-aċċess tat-tifel beda jsir taħt superviżjoni fl-uffiċċju tal-Aġenzija.

Semgħet ukoll lill-missier jgħid li ma kellux aktar interess f’dawn il-proċeduri għax kien qed jingħata l-aċċess għand l-Appoġġ u għalhekk bidlet is-sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati u lliberat lill-omm mit-23 kundanna.

Sport