Friday, April 26, 2024

Omm u oħt Pelin instemgħu jibku waqt li bdew jisimgħu x-xhieda

Aqra wkoll

Żewġ persuni oħra li taw ix-xhieda tagħhom waqt is-seduta dwa il-qtil ta’ Pelin Kaya huma Adrian Valletta u Isaac Zammit.

Valletta xehed li waqt li kien għaddej bil-karozza mill-Gżira fid-direzzjoni lejn Tas-Sliema ra raġel iwaddab il-ġebel fuq tfajla li kienet mixħuta fl-art. Qal li baqa’ fil-karozza, ċempel lill-Pulizija u baqa’ sejjer minn fuq il-post. 

L-aħħar xhud fis-seduta tal-lum kien Zammit li kien qiegħed jieħu kafè, barra l-ħanut li jinsab faċċata ta’ fejn seħħ l-inċident. “Rajt karozza tal-għamla BMW nieżla bla brejkijiet u taħbat. Ir-raġel li kien ħdejja qalli li jaħseb li kien hemm persuna li ntlaqtet. Wara ħareġ raġel mill-BMW u ġie ħdejna jsaqsi għall-ilma. Ċempilt għall-ambulanza. Dan ir-raġel qabad jagħti ma’ ħafna nies u jwaqqaf il-karozzi. Kien hemm ukoll persuna mal-art.”

Preżenti għas-seduta tal-lum kien hemm il-familjari tal-vittma, fosthom ommha u oħtha, li f’xi waqtiet instemgħu wkoll jibku waqt li l-persuni li ssejħu biex jixhdu kienu qegħdin jagħtu x-xhieda tagħhom. 

Il-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Avukati Kaylie Bonett u Nathaniel Falzon mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali megħjuna mill-Ispetturi Kurt Zahra u Shamus Woods.

L-Avukati Alfred Abela u Rene’ Darmanin qed jidhru għal Jeremie Camilleri.

L-Avukati Shazoo Ghaznavi, Charlon Gouder u Ramona Attard dehru għall-familjari tal-vittmi.

Il-każ ikompli.

Sport