Thursday, March 28, 2024

“Ommi tħeġġiġni ngħanni bil-Malti għax maż-żmien qed jintesew”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ommi tħeġġiġni ngħanni bil-Malti għax maż-żmien qed jintesew u jiena nieħu gost nara l-udjenza tifraħ u titbissem”. Iddikjarat dan iċ-ċkejkna Amea-Jo Refalo meta mistoqsija dwar l-imħabba tagħha lejn il-kant u l-għana bil-lingwa Maltija. 

Iċ-ċkejkna bdiet tkanta bil-Malti minħabba li fil-familja għandha kemm liz-ziju kif ukoll lil missierha li huma attivi f’kant u daqq ta’ kanzunetti tradizzjonali u folkloristiċi Maltin f’diversi attivitajiet organizzati fl-irħula. 

Kantat l-ewwel darba ta’ tliet snin imma bħala kanzunetta folkloristika kantat l-ewwel darba ma’ zijuha ftit xhur wara meta kellha erba’ snin. Dakinhar kantat ir-ritornell ta’ ‘Bużnanna’ waqt li kien qiegħed isir recording ta’ programm għat-televiżjoni.

“Minbarra maz-ziju li huwa attiv fil-grupp ’Tal-Fuklar Group’, jiena membru attiv fil-grupp folkloristu ‘Cittadella’ fejn inkanta innijiet folkloristiċi bħal ‘Jiena Tifla tal-Kampanja’ u Bum Bum il-Bieb’ filwaqt li niżfen ukoll.

Hija temmet tgħidilna li ’l quddiem nixtieq nitgħallem il-kitarra ħalli ddoqq u tkanta u li għalkemm tistħi xi ftit li tara lin-nies kuntenti tgħinha tinsa kollox u tieħu pjaċir. 

Ekonomija

Sport