Saturday, April 27, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ Tina Turner

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-kantanta Tina Turner li mietet fl-età ta’ 83. Kelliema f’isem il-kantanta ta’ fama internazzjonali qalu fi stqarrija li “Tina Turner, ir-Reġina tar-Rock’n Roll’ mietet fil-paċi llum fl-età ta’ 83 sena wara marda twila fid-dar tagħha f’Kusnacht qrib Zurich, l-Isvizzera… id-dinja titlef leġġenda tal-mużika u artista eżemplari.”

L-istilla mwielda fl-Istati Uniti kienet waħda mill-aktar kantanti nisa maħbubin tar-rock, magħrufa għall-kariżma tagħha fuq il-palk u sensiela ta’ hits fosthom The Best, Proud Mary, Private Dancer u What’s Love Got to Do With It.

YouTube video

Sport