Wednesday, April 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ vettura f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta t-8:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.

Minn informazzjoni li waslitilna jidher li seħħet ħabta bejn vettura Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 25 residenti l-Mellieħa u mutur Suzuki misjuq minn raġel ta’ 44 residenti l-Mellieħa wkoll.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport