Wednesday, April 24, 2024

Organizzat il-ħames round tal-kampjonat tal-Hillclimb

Aqra wkoll

Il-Ħadd 14 ta’ Novembru, Island Car Club organizza l-ħames round tal-kampjonat nazzjonali tal-Hillclimb Transport Malta England Insurance fit-triq li tagħti għall-Bajja tal-Ġnejna.

Wara dan ir-rawnd, Kurt Camilleri mar fuq quddiem wara li fl-ewwel erba’ rawnds qasam l-ewwel post ma’ ħuh Keith Camilleri. Keith Camilleri huwa ċ-champion attwali, u fil-Ġnejna spiċċa fit-tieni post. Jean Vella spiċċa fit-tielet post bil-Formula Jedi tiegħu.

Chris Aquilina kien l-aktar sewwieq veloċi fuq karozza four-wheel-drive, Gabriel Sammut kien l-aktar veloċi fuq front-wheel drive u saq l-iktar saloon veloċi. Joseph Cutajar kien l-aktar sewwieq veloċi fost il-vetturi rear-wheel-dive.

Joe Anastasi kien l-aktar veloċi fost is-sewwieqa ta’ aktar minn 60 sena, Darrell Formosa kien l-aktar veloċi fost is-sewwieqa taħt il-25, u Luigi Mifsud rebaħ il-premju tal-prestazzjoni minn Transport Malta.

Is-sitt round tal-kampjonat ser jsir fit-28 ta’ Novembru fl-Imtahleb, limiti tar-Rabat.

Sport