Tuesday, April 16, 2024

Akkademiċi Ingliżi josservaw coaches Maltin fl-azzjoni

Aqra wkoll

Coaches f’diversi dixxip­li­ni sportivi li bħalissa qed isegwu kors f’livell ta’ Master’s fil-Coaching Internazzjonali fl-Isport, kellhom opportunitá sabiex jiġu osservati waqt sessjonijiet ta’ coaching minn letturi anzjani f’waħda mill-aqwa universitajiet fl-Ingilterra għall-isport – Liverpool John Moores University (LJMU). 

Il-programm ta’ Master’s hu ddisinjat u mmexxi minn din l-universitá flim­kien ma’ Learning Works, istituzzjoni edukattiva f’Ma­l­ta.

L-MSc in International Sport Coaching huwa ddi­sinjat b’mod li jagħti l-opportunitá lill-istudenti biex jesploraw numru ta’ suġġetti li jinkludu l-edukazzjoni tal-atleti, l-iżvilupp ta’ pro­ċessi, programmi ta’ taħriġ fil-psikoloġija, performance analysis, u r-relazzjonijiet soċjali fil-coaching. 

Il-kontenut tal-kors huwa bbażat fuq l-aktar riċerka riċenti u l-aqwa prattiċi fl-ikkowċjar tal-isport mill-Universitá tal-Isport u x-Xjen­zi tal-Eżerċizzju tal-Uni­versitá.

Waqt l-istudju tagħhom huma għandhom ukoll l-opportunitá li jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-karriera tagħ­hom bl-appoġġ tal-letturi tal-LJMU u letturi oħra li ġejjin mis-settur tal-coaching. Se jkunu wkoll mistennija li jaħdmu fuq proġett ta’ riċerka taħt is-superviżjoni tal-istaff tal-LJMU.

Waqt li kienu Malta, il-letturi tal-Universitá iltaqgħu ma’ diversi stakeholders fl-isport f’Malta  fosthom Sport Malta, il-Kumitat Olimpiku Malti, u anke l-MFA. 

Saret ukoll preżentazzjoni lill-istudenti tal-isport fl-MCAST. Waħda mil-letturi, Dr Nicola Ronson, qasmet ir-riżultati tal-riċerka li għam­­let dwar atleti żgħa­żagħ fir-Renju Unit waqt attivitá li kienet organizzata minn Learning Works fiċ-ċentru tagħhom, f’Ħal Qor­mi.

L-applikazzjonijiet għas- sena akkademika li tibda f’Settembru 2022 huma diġá miftuħa. 

Għal aktar informazzjo­ni wieħed jista’ jżur is-sit https://www.ljmu.ac.uk/study/courses/postgraduates/internatio­nal-sport-coaching jew iċempel fuq 79584200.

Learning Works bħalissa toffri numru ta’ korsijiet oħra fl-isport fosthom dawk fl-isport management u fil-psikoloġija u n-nutrizzjo­ni fl-isport. 

Learning hija wkoll involuta fil-ftuħ tal-ewwel skola privata tal-isport f’Birkirkara  li għandha tiftaħ il-bi­bien tagħha fl-2023. 

Ekonomija

Sport