Wednesday, July 1, 2026

Otters kellhom jitħabtu biex kisbu l-ewwel rebħa

Aqra wkoll

BARRACUDAS………. 12

OTTERS NIVEA……… 15

(1-3, 4-3, 2-4, 5-5)

Wara telfa minima kontra Ta’ Xbiex fl-ewwel logħba, Otters kellhom jitħabtu biex kisbu l-ewwel rebħa kontra Barracudas bl-iskor ta’ 15-12.

Otters għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita meta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, b’Barracudas iwettqu reazzjoni tajab u jirbħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-3. Dan sabiex Otters reġgħu trijonfaw fit-tielei sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 4-2, bl-aħħar sessjoni tintemm f’paritá ta’ 5-5.

Għal Otters, l-aqwa skorere kien it-Taljan la Rosa b’ħames goals, filwaqt li għal Barracudas spikka ferm il-player barrani Doczi li wkoll skorja ħames goals.

Barracudas: R. Sciortino, M. Doczi (5), A. Magri (1), L. Grech Carr, W. Ruggier, J. Abela Meli (1), J. Schembri Young, L. Bowman, L. Schiavone (1), G. Massa (1), L. Pursehouse (3), H. Brincat, T. Micallef, M. Agius, C. Harrison

Otters: M. Grech, J. Borg, D. Camilleri, K. Micallef (3), J. Bugeja, D. Dimech, I. Azzopardi (2), S. Dimech, A. Azzopardi (1), G. La Rosa (5), M. Farrugia (2), N. Cini (2), C. Borg, N. Camilleri, N. Rafailovic

Referees: Marco Bacelle, Juana Cauchi

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport